Sep 23, 2008

Triq twila

Fl-ahhar granet attendejt il-laqgha nformali tal-Ministri tal-Agrikoltura tal-UE, li saret gewwa l-belt ta’ Annecy hdejn l-alpi ta’ Franza. Irrid nghid li dawn il-laqghat informali, li kull Presidenza torganizza matul il-Presidenza taghha, hafna drabi jaghtu l-opportunita’ lill-Ministri tal-pajjizi msiehba tal-UE fejn isir qsim ta’ esperjenzi u bidu ta’ hidma bilaterali ferm aktar mill-laqghat formali li jkun hemm kull xahar.

Dawn il-laqghat jaghtu opportunita’ ukoll lill-pajjiz li jkun qed jospita juri r-realta’ tal-attivita’ agrikola tieghu. Il-Ministru Franciz tal-Agrikoltura, Michel Barnier, (ex Kummissarju tal-UE ghall-Politika Regjonali) ma qghadx lura milli jorganizza programm intensiv biex jlghaqqana mal-esperjenza tal-bdiewa u r-rahhala taz-zona muntanjuza ta’ Savoia. Sahansitra hadna nimxu fil-muntanji u gabna wicc imwicc ma’ familja li trabbi l-baqar ghall-halib fil-muntanji. Biex inkun onest il-mixja kienet wahda ta’ strapazz u moment minnhom ma hsibtx li se naghmilha ! Imma ppersistejt u wasalt ! Jekk xejn ikkonvincejt ruhi li ghandi bzonn nibda mill-gdid naghmel l-ezercizzju fiziku. Ma jghixux hajja facli. Jiffacjaw problemi ta’ access, spejjez aktar anke biex jghammru l-facilitajiet ghall-bhejjem kif ukoll spejjez ta’ transport biex jitrasferixxu lill-baqar f’zoni ohra fix-xitwa.

Matul dawn il-laqghat ikun hemm ukoll diskussjoni ‘formali’. Din id-darba kienet dwar il-futur tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2013. Fid-diskors tieghi shaqt li l-UE ghanda zzomm programm ta’ ghajnuna ghaz-zoni l-aktar zvantaggati bhal dawk tal-muntanji jew bhal art agrikola ta’ pajjizna fejn il-biedwi jiffacja diffikultajiet akbar minhabba n-nuqqas ta’ provista adegwata ta’ ilma u bicciet ta’ art zghar. Tkellimt ukoll fuq id-diffikulta li r-rahhala ta’ pajjizna jiffacjaw minhabba li pajjizna huwa kwazi totalment dipendenti fuq pajjiz ohra ghall-ghalf ghall-bhejjem u dan ifisser spejjez aktar anke ghax zdiedu l-ispejjez tat-trasport. Il-Ministri kollha esprimew ruhhom fuq is-suggett. Hargu hafna punti, uhud minnhom kontrastanti. Zmien fadal biex wiehed jiddiskuti imma l-process inbeda.

No comments: