Nov 16, 2008

Festa tal-Ghasel

Il-bierah filghodu attendejt il-Festa tal-Għasel li ttellgħet fi Ġnien Romeo Romano f'Santa Venera mill-Kunsill Lokali Santa Venera flimkien mad-Dipartiment tal-Apikultura fid-Diviżjoni tal-Agrikoltura. It-trobbija tan-naħal hi popolari ħafna fil-gżejjer Maltin u bosta jfittxu biex jixtru u jikkunsmaw l-għasel awtentiku u prodotti oħra tan-naħal. Anke l-isem Malta hemm min jghid li tnissel mill-kelma Griega Mel, li tfisser għasel.

Mijiet ta' nies zaru l-festa tal-Għasel u xtraw prodotti magħmula min-naħal mingħand l-għaxar produtturi tal-għasel li ħadu sehem. Għall-bejgħ kien hemm għasel differenti, inbid magħmul mill-għasel, jam, ħelu u xemgħa. Apprezzajt hafna l-istand li tellghu l-istudenti tal-Istitut ghall-Istudji Turistiċi (ITS) fejn ħejjew ikel u xorb a bazi ta' għasel. Nittama li din l-attivita' ndahluha flimkien mal-Kunsill Lokali Santa Venera ukoll fil-kalendarju annwali tal-attivitajiet li jipromwovu l-prodotti lokali.
Mas-Sindku ta' Santa Venera u kunsilliera ohra kelli opportunita' ndur parti ohra ta' Gnien Romeo Romano li kont ghadni qatt ma zort u li sa llum ma hiex miftuha ghall-publiku. Nnutajt il-potenzjal kbir li ghandu dan il-gnien f'din iz-zona urbana fejn huwa nieqes l-ispazju miftuh. Weghdthom li flimkien mat-Taqsima tax-Xoghlijiet u l-Unit ghar-Restawr naraw kif nziedu r-ritmu tal-programm tar-restawr u ri-abilitazzjoni ta' dan il-gnien.

1 comment:

xewki said...

Ghaziz Gorg
Isma' kif nista nibda nrabbi n-nahal f'bicca raba' ta' tlett it-tmiem . Nixtieq li jkun ta' Malta ghax kif smajt , hawtiel! Jien bidwi part time u ili nixtieq hafna li nibda nrabbi n-nahal ghall-ghasel.