Nov 9, 2009

20 sena ilu - beda jinhatt il-hajt

Fid-9 ta’ Novembru, 1989 sehhet il-grajja politika l-aktar importanti fil-memorja ta’ hafna minnha. Dakinhar li kien beda jaqa' l-hajt kont f'laqgha taz-Zghazagh Demokratici Kristjani gewwa Brussels. Kien gie wiehed jghidilna mmorru naraw it-TV u ghall-ewwel hadnih biz-zufjett. Ma stajniex nemmnu. Id-9 ta’ Novembru, 1989 fisser il-liberta’ ghall-miljuni ta’ nies msakkra ghal ghexieren ta’ snin wara purtiera tal-hadid u gab fix-xejn konflitt dinji li kien qasam id-dinja f’zewg kampijiet u li ghal aktar minn darba setgha wassal ghall-qerda nuklejari.

Ix-xkiel tac-cittadini ta’ dawn il-pajjizi kien doppju – kien hemm dak politiku u kien hemm dak ekonomiku. It-tnejn konnha nifhmuhom ahna ghax sa certu punt, doqnihom ukoll ghalkemm zgur mhux fl-istess mizura ta’ shabna l-Polakki jew ic-Ceki. Ghoxrin sena wara, dawn il-pajjizi ghamlu avanzi kbar, politici u ekonomici. Illum ghaxra minnhom huma sahansitra pajjizi membri tal-Unjoni Ewropeja, miljuni ta’ nies jivvjagjaw, jahdmu, jinvestu bla xkiel f’pajjizi ohra. Id-demokrazija f’dawn il-pajjizi regghet hadet ir-ruh.

F’dan kollu irridu niftakru f’dak li gara fil-Jugoslavja, pajjiz mhux boghod minnha wisq li wara l-waqa’ tal-hajt ta’ Berlin, nizel fl-abbissi ta’ gwerrer u atrocitajiet li konnha ilna ma naraw fl-Ewropa mit-tieni gwerra dinjija. Mal-140,000 ruh mietu fil-gwerer tal-Bosnija, l-Krozja u l-Kosovo ghax in-nazzjonalizmu, ir-religjon u forsi wkoll ir-reghba ghall-poter tilfulhom rashom.

Ir-rebha tal-demokrazija u tal-ekonomija tas-suq ma tistax tittiehed for granted. Xi kultant, il-bniedem jasal biex jaghmel, sforz il-kburija u x-xenofobija, l-kuntrarju ta’ dak li jkun logiku. Id-demokrazija rridu nahdmu ghaliha kuljum u d-demokrazija nahdmu ghaliha mhux biss billi niddefendu u nippromwovu d-drittijiet tal-bniedem izda wkoll billi ntejbu l-kwalita’ tal-hajja tan-nies, fuq kollox billi nkabbru l-opportunitajiet tax-xoghol.

No comments: