Nov 25, 2009

Universita' miftuha

F'dawn il-granet ghaddejjin ic-cerimonji tal-gradwazzjoni. Il-bierah attendejt dik fejn Lourdes nghatat Masters fl-Istudji Diplomatici. Ghal darba qlibna l-irwoli. Minflok ma l-mara tisma diskors tieghi, smajt jien diskors ta' marti ! Ghax il-bierah giet mitluba taghmel id-diskors bhala raprezentant tal-gradwati. U mhux ghax sar minn marti imma kien diskors tajjeb hafna. Biex niccajta ghidt lil Prim Ministru u dawk ta' madwari li jien ktibtulha. Fil-verita' lanqas biss kont rajtu !

L-aktar bicca li ghogbitni mid-diskors ta' Lourdes kienet din "..my plea extends beyond this auditorium... I would like to reach out in a special appeal to mothers who may consider their learning a hindrance to their family life, juggling between children and employment. The investment in higher education is not self-seeking but benefits your family, your children and enriches the society you live in." Appell hiereg mill-qalb mhux biss ghax omm imma ghax hi wahda minn dawk li hadmet f'partit li dejjem emmen li l-edukazzjoni hija c-cavetta ghal milja tal-persuna.

Waqt ic-cerimonja tal-bierah irrealizzajt kif biddilna pajjizna. Meta ggradwajt jien ta' perit fl-1990 kien ikun hemm cerimonja wahda ta' gradwazzjoni b'numru zghir hafna ta' gradwati jiksbu Masters jew PhD. Sat-tmiem tas-snin tmenin fl-Universita' kien hemm b'kollox xi 900 student fis-snin kollha ! Illum jigu organizzati kull sena hmistax ic-cerimonja ta' gradwazzjoni ! Din is-sena se jkunu ggradwa biss biss 2734, li minnhom 921 kisbu Masters jew PhD. X'differenza !

Il-verita' hija li bl-investiment li saru fl-ahhar 22 sena fil-qasam edukattiv biddilna il-fizjonomija tas-socjeta' taghna. Minn Universita' elitisti li biex tidhol taqla fwiedek, illum ghandna Universita' mhux biss miftuha izda b'korsijiet li sa ftit tas-snin ilu lanqas biss konna smajna bihom. Wisq anqas kien hemm opportunitajiet ta' Masters u PhD. U jonqosna x'ninvestu aktar. Dan kien l-appell f'l-orazzjoni ta' Dr.Noelle Brockdorff. Talbet biex l-Universita' tikkonsidra li toffri kors f'cognitive science. 22 sena ilu lanqas il-korsijiet bazici ta' Bacellerat fix-Xjenza ma kellna !

3 comments:

genju cocopardo parascandolo said...

why don't you ask Lourdes to start writing you the speeches, as yours are quite boring :)" Il-habib" tieghek Genju.

Francesca said...

Hi George, biex nirispondi lil din il-persuna li qal li diskorsi tieghek huma boring... nahseb ma jafx jidistingwi bejn xinhu diskors tajjeb u hazin!! nahseb mandix alfejn tiktibomlok lourdes diskorsi ghaliex kapaci bizejed li taghmilhom int.. nahseb kieku minitix kapaci kieku ma ergajtx gejt elett!!
ghal dik il persuna li kitbet... im sorry ''sihbi'' ma tafx xinti tghid!! Francesca

Massimiliana said...

Naqbel mija fil-mija ma' Francesca... George kburin bik bhala wiehed mill-ministri!!! Nghid lil sehibna li, li kieku George m'huwiex kapaci zgur li l-poplu Malti ma kienx jivvutalu. Il-poplu Malti m'huwiex poplu injurant... anzi jaf lil min ghandu jaghzel sabiex jirraprezentah b'ghaqal u b'serjeta'!!! prosit u grazzi George tal-hidma li twettaq b'tant ghaqal u serjeta'. Ahna warajk u wara shabek ministri, segretarji parlamentari u deputati!!