Nov 11, 2009

Investiment ghax-Xoghol

Ix-Xogħol. Din hija t-tema tal-Budget li għadu kemm tressaq. Budget li jħares il-postijiet tax-xogħol filwaqt li jfittex li jkompli joħloq l-opportunitajiet ta’ tahrig. Dan se jsir ukoll b’investiment qawwi fir-riċerka u fl-innovazzjoni. Dan huwa settur li kull ma jmur qiegħed jinghata mportanza akbar minn dan il-Gvern. Fi żmien ta’ kriżi ekonimika mondjali l-iżvilupp fir-riċerka u l-inovazzjoni jista’ mhux biss isalva l-impjiegi iżda jkun ukoll ċavetta għal-ħolqien ta’ aktar xogħol u xogħol aħjar.

Fost il-mizuri ghar-ricerka nsibu: 1. Il‐Fond ta’ Riċerka u Innovazzjoni jiġi rduppjat għal €0.7M, 2. Se tingħata rifużjoni ta’ 15.2% fuq spejjeż li fuqhom tkun tħallset it‐taxxa f’proġetti ta’ riċerka approvati mill‐Kunsill Malti għax‐Xjenza u t‐Teknoloġija (MCST), 3. Għotja ta’ €0.5M biex jinbeda l-Malta University Research, Innovation and Development Trust Fund, bil-għan li jinkoraġixxi r-riċerka fl-Universita’ għal skopijiet kummerċjali, 4. Se titfassal Strateġija Nazzjonali għal-iżvillupp tal-Industrija tal-logħob diġitali mill-MCST, il-Malta Enterprise u l-Universita ta’ Malta. Barra hekk ghall-industrija il-Gvern iddeċieda li jestendi l-iskema 20millionforindustry b’investiment addizjonali ta’ €7 miljun, wara s-suċċess miksub matul ix-xhur li għaddew. Prova cara li l-Gvern determinat li jkompli jinvesti bis-sħiħ fil-kreativita’.

Dan hu budget ukoll karatterizzat mill-fondi nvestiti għal-proġetti ta' infrastrutura u tisbih fil-pajjiz. Fil-Budget issemmew xejn anqas minn €430 miljun għal proġetti. Dawn il-miljuni fl-ekonomija tagħna jwasslu mhux biss biex ikolna pajjiż aktar sabiħ iżda wkoll iwasslu sabiex jitkattru aktar impjiegi. Fost il-proġetti li l-Ministeru tiegħi se jkun qed jidħol għalihom insibu; r-restawr tas-swar, it-tisbiħ u faċilitajiet ġodda fil-promenade ta' Qui-si-Sana f’Tas-Sliema u t-tkomplija tax-xoghol tax-Xatt ta' Marsaxlokk , 10 progetti ta'titjib ta' zoni turistici, estensjoni tal-ispazji rikreattivi inkluz Park Nazzjonali gdid gewwa Delimara u oħrajn.

Fuq kollox dan huwa wkoll budget li qed ikompli jmiss sabiex jitwettqu 72 proposta elettorali oħra. Dan kollu qed isir fl-ewwel sentejn ta’ dan il-gvern li mhux biss iwiegħed iżda jwettaq bil-fatti u b’għaqal.

No comments: