Nov 17, 2009

Ilma tal-pjan - lejn sistema regolata

Aktar ma jghaddi z-zmien aktar qed tikber il-htiega li naraw li l-uzu tal-ilma tal-pjan isir sostennibbli. Sa llum hu kkalkulat li nigbdu madwar 34 miljun metru kubu ta' ilma minn taht l-art, filwaqt li hu kkalkulat li fil-fatt suppost li nigbdu 23 miljun metru kubu ta' ilma fis-sena. Mela qed nigbdu 11-il miljun metru kubu aktar kull sena !

Il-bierah habbart pass iehor f'sensiela ta' passi li dan il-pajjiz irid jiehu fix-xhur u s-snin li gejjin. Sal-ahhar ta' Novembru ta' din is-sena kull operatur li jiprovdi jew ibiegh ilma tal-pjan permezz ta’ bowsers jew tankers, irid japplika għal-ħruġ ta’ liċenzja biex ikun jista’ jopera, jġorr u jbigħ l-ilma. Permezz tal-ħruġ ta’ liċenza lill-operaturi bil-bowser, dawn se jkunu suġġetti għal ċertu kundizzjonijiet fosthom li l-vetturi li jintużaw għal din l-attività se jkunu armati b'loading cell u tracking device elettroniku li jindika l-ammont ta' ilma li qed jingarr u l-moviment tal-vettura waqt il-ġarr tal-ilma. Irridu naraw ukoll li s-sorsi tal-ilma użati mill-operaturi jkunu metered. Il-bowsers tal-ilma jridu jkunu immarkati sabiex il-konsumatur jkun jaf liema tip ta' ilma jista jgorr, jekk hux ilma tax-xorb, ilma sekondarju (jiġifieri ilma li mhux tajjeb għax-xorb iżda tajjeb fost oħrajn għat-tisqija) jew ilma baħar.

B’dan li qed nagħmlu għandna nasslu sabiex inkomplu t-triq li qbadna is-sena l-oħra sabiex ikollna stampa aktar ċara dwar is-sitwazzjoni preżenti ta’ din ir-riżorsa. Is-sena l-oħra l-MRA għamlet proċess ta’ notifikar ta’ boreholes u spieri tal-ilma sabiex bih tittieħed stampa ċara ta’ kemm jeżistu minnhom f’pajjiżna. Irridu naraw fuq kollox li nassiguraw li l-biedwi jibqa jkollu ilma tajjeb ghat-tisqija tal-ucuh tar-raba' tieghu. Ghalina dan jibqa settur strategiku u ghalhekk b'responsabilita' qed niehdu dawn il-passi, wiehed wara l-iehor. Nistgħu nagħżlu t-triq il-faċli, dik li ma nieħdux azzjoni, iżda ma nkunu qed nagħmlu xejn ħlief nigravaw is-sitwazzjoni ta’ għada.

No comments: