Sep 10, 2010

Xoghol delikat fuq is-swar

Ix-xogholijiet li qegħdin isiru fuq is-swar tal-Imdina huma verament innovattivi u nteressanti. Hawnhekk jinsab għaddej mhux sempliċiment programm estensiv ta’ restawr tal-gebla iżda ħidma ffukata biex ikunu kkonsolidati partijiet tas-swar tal-Imdina li jinsabu fi stat perikoluż ghax il-pedamenti cedew matul l-ahhar 60 sena u aktar. Cedew ghax mibnija fuq qoxra rqiqa ta’ blat fuq fond qawwi ta' tafal.

Ix-xogħol hu wiehed delikat. Bħalissa qed issir ħidma partikolari fuq il-bastjun ta' San Pawl u fuq is-sur ta' taħt il-Palazz Vilhena. Fil-bastjun qed jiddaħħlu mal-40 micropile, b’tul ta’ 30 metru l-waħda. Taħt il-Palazz Vilhena s-sistema ta' konsolidament tinkludi deep piles ta' 16-il metru, flimkien ma' post-tensioned tendons. Biex nifthemu aħjar b’dan il-materjal li qed jidħol fis-swar kemm minn fuq is-swar kif ukoll mill-ġnub, qisna qegħdin inħituħ biex dan il-bastjun jissaħħaħ. Wiehed jista jsib immagni cara li tispjega dan fuq http://www.youtube.com/watch?v=gJQY4Hk9ZAM&feature=player_embedded! Galadarba nikkonsolidaw is-sur ta’ taht il-Palazz Vilhena, imbaghad irridu nibnu mill-gdid il-parti ta’ wara tal-Palazz li kienet iggarfet. Mhux xoghol facli imma naslu.

Bosta huma dawk li qed japrezzaw li x-xoghol li qed isir mhux semplici nterventi ta’ tindif tas-swar. Qed jgharfu x-xoghol li qed isir minn bosta nies tekniċi izda jridu jkunu jafu aktar. L-ghatx ghall-informazzjoni huwa kbir u fil-granet li gejjin se norganizzaw serje ta’ lecturers pubblici li fihom se jkun spjegat l-istorja u x-xoghol li qed isir.Interessanti l-coverage li dan ix-xoghol qed jinghata f’rivisti nternazzjonali spezjalizzati bhal Military Architecture.

Ir-restawr estensiv tal-fortifikazzjonijiet huwa xhieda tax-xogħol kbir li qegħdin nagħmlu bl-użu tal-fondi allokati għalina mill-Unjoni Ewropea. Dan ix-xogħol hu l-isbaħ rigal li nistgħu nagħtu lil uliedna sabiex huma wkoll jkunu jistghu jgawdu dan il-patrimonju fi stat ferm ahjar milli sibnih ahna.
http://www.youtube.com/watch?v=gJQY4Hk9ZAM&feature=player_embedded

No comments: