Oct 8, 2010

Works in progress

F'dawn il-granet inghatajt l-opportunita’ mill-Partit Nazzjonalista li nagħti preżentazzjoni tax-xogħolijiet u t-tisbieħ ambjentali li għaddej mill-Ministeru tiegħi lill-membri tal-Kumitati li gejjin minn madwar Malta. Kienet laqgħa li tat lili u lil kull min għeni fit-tħejjija għalija, l-opportunita’ li nirrealizzaw il-ħemel ta’ xogħol, proġetti u inizjattivi li għaddejjin. Sfortunatament ħafna drabi l-anqas nsibu bizzejjed hin biex nesternaw dak li nkunu qed nagħmlu. L-udjenza li kelli kienet sodisfatta u iwriet l-apprezzament taghha ghax-xoghol li għaddej f’kull rokna ta’ pajjiżna.

Xogħol li qed isir grazzi għal investiment minn fondi nazzjonali u anke fondi tal-Unjoni Ewropea. Meta tqis li pajjizna ghaddej minn perjodu iebes, fil-verita' bi problemi ferm anqas minn ta' pajjizi akbar minna, aktar jolqtok il-fatt li pajjizna baqa’ jinvesti fit-titjib tal-kwalita’ tal-ħajja tal-poplu tagħna. Komplejna ninvestu fit-titjib tal-ispazji pubblici taghna, kemm dawk urbani kif ukoll dawk fil-kampanja. Bla dubju ta' xejn il-Belt Kapitali ta' pajjizna qatt ma rat daqstant investiment f'perjodu qasir. Xoghol ta' restawr u ri-generazzjoni fl'inhawi kollha. Ikun hemm xi kultant min jghidlek "Qed tonfqu wisq fuq il-Beltin". Ir-risposta tieghi mill-ewwel tkun: Il-Belt mhijiex biss tal-Beltin. Kull Malti u Ghawdxi ghandu bicca mill-Belt kapitali taghna. Dik trid tkun l-vetrina ta' kulhadd".

Ikrejajna spazji pubblici f'postijiet li kienu mitluqa jew mhux utilizzati tajjeb. Hloqna attivitajiet interessanti f'dawn l-ispazji li jaghtu l-hajja. Kull meta nkun diehel il-Parlament u nara Piazza San Gorg bin-nies, nghid f'qalbi "Imma kif konna nghixu biha din il-piazza kif kienet qabel ? Mahnuqa bil-karozzi!". L-istess jista jinghad fuq Piazza Sant'Anna f'Tas-Sliema u Piazza Sant'Ubaldeska f'Rahal Gdid. Sebbahna ix-Xatt ta' M'Xlokk, San Giljan, Xaghjra u Tas-Sliema. Hloqnqa spazji godda ghall-familji bhal l-Adventure Park f'Ta' Qali. Bhalissa qed nahdmu fuq Gnien gdid fi Qui-si-Sana f'Tas-Sliema, fuq Park fil-Mellieha u Park iehor f'Xrobb l-Ghagin. Impenjati ukoll halli fil-gimghat li gejjin nibdew il-hidma fuq Park Nazzjonali iehor f'Delimara u Park ghall-Familja gewwa Wied il-Ghajn.

Tajjeb wiehed jghid ukoll li ammont qawwi minn dan ix-xoghol qed isir mill-haddiema tal-Gvern tat-Taqsima tax-Xoghlijiet. Hemm bosta haddiema dedikati u li jaghmlu xoghol bil-galbu u b'imhabba. Ma rriddx nghid li jien sodisfatt li kulhadd qed jaghti sehmu, imma b'mod generali kuntent. Għad baqa’ lok għal titjib ghal aktar efficjenza u ko-ordinazzjoni izda l-hidma tidher u n-nies jidher bic-car li qed japrezzawh. Ikun hemm xi kultant certi atti vandali, imma dan mhux se nhalluh jaqtalna qalbna.

No comments: