Nov 21, 2010

Dalwaqt 100,000 sigra

Matul l-ahhar tlett ijiem thawlu mal-1,000 siġra minn tfal, familji kif ukoll kumpaniji bhala parti mit-Tree Planting Weekend. Dalgħodu żort l-attivitajiet li ttellgħu fil-Park Nazzjonali tas-Salini fejn rringrazzjat lil kull min ta s-sehem tiegħu. Dawn is-siġar tħawwlu f'żona ġdida fis-Salini li se tkompli tkabbar dan il-park għar-rikreazjoni tal-familji. Din l-estenzjoni tal-Park tas-Salini toffri spazzju biex b'kollox jitħawlu mat-3,000 siġra ohra.

Din l-estenzjoni tal-Park Nazzjonali tas-Salini se tkompli torbot mal-viżjoni tal-Gvern li jkollna aktar parks għar-rikreazjoni tal-familji. Hu għalhekk li l-Gvern qed jaħdem fuq estenzjoni oħra tal-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali u dalwaqt nifthu ukoll ghall-pubbliku l-Park ta’ Xrobb l-Ghagin. Barra hekk qed nahdmu halli jkollna Park f'Delimara, u iehor gewwa Wied il-Għajn, apparti l-parks li se jinkisbu mir-rijabilitazzjonijiet tal-miżbliet il-magħluqa fil-Magħtab u il-Qortin f’Ghawdex.

Bit-tħawwil ta' 1,000 siġra illum, tħawwlu 'l fuq minn 96,000 siġra f'pajjiżna f’numru ta’ siti minn kemm ilha mwaqqfa l-iskema 34U f’dawn l-ahhar hames snin. Nittamaw li dalwaqt nilhqu l-100,000 sigra. Huma bosta dawk li llum qed jirrispondu ghad-diversi inizjattivi fi hdan il-kampanja 34U, Sigra Ghalik. Tant li meta jitwieled wild tithawwel sigra, inkella anke meta jmut xi hadd ghaziz minflok ma jinghataw fjuri tithawwel sigra bhala tifkira. Il-kampanja 34U ma nqishiex bhala progett tal-Gvern izda progett tal-poplu malti kollu.

No comments: