Nov 11, 2010

Regghet harget id-differenza

Illum approvajna fil-Parlament il-Budget ghall-2011 mill-istadji kollha. Jum wara l-iehor kellna d-dibattiti dwar il-voti ta’ kull Ministeru. Nhar it-Tlieta kelli d-dibattitu tal-estimi tal-Ministeru tiegħi. Okkażjoni utli ferm biex fil-Parlament, u l-pajjiż, jingħata rendikont tal-ħidma mwettqa, kif ukoll ta’ dak li hu ppjanat ghas-sena d-diehla.

Sfortunatament ikolli nghid li regghet harget id-differenza bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni. Gvern dinamiku u li għaddej minn ħidma għal oħra, quddiem oppożizzjoni negattiva, xotta mill-idejat u nieqsa minn viżjoni għall-ġejjieni. Oppożizzjoni li tibqa ma ssemmi xejn bħala proposti konkreti tagħha f’setturi tant kruċjali għal pajjiżna bħalma huma l-immaniġġjar tal-iskart, tibdil fil-klima, ħarsien tar-riżorsi, proġetti pubbliċi, agrikoltura u sajd.

L-uniku wiehed minn naha tal-kelliema tal-Opposizzjoni li ghamel proposta konkreta kien, kien l-Onor.Charles Buhagiar. Ikolli nistqarr li b’mod generali l-interventi tal-Onor. Buhagiar ikunu to the point, fattwali u minghajr emozzjoni. U jekk jikritika xorta jaf ikun bilancjat. Charles issuggerixxa li dawk li teknikament ma jistghux ghal ragunijiet teknici jaghmlu bir allura ghandhom jikkontribwixxu go fond li jmur biex jinbnew gibjuni jew ilqugh ghall-ilma. Fil-verita’ hija proposta simili hafna ghal dik ta’ Flood Tax li hareg biha l-Kumitat li sawwar l-Istrategija Nazzjonali ghall-Addattament mit-Tibdil fil-Klima.

Izda x-xitan m’ghandux halib ! Fl-istess seduta izda aktar kmieni d-Deputat tal-Opposizzjoni Joe Mizzi spicca jikritika l-proposta ta’ dan il-Kumitat. Mela remiha ! Ghal darb’ohra spiccajna niffaċċjaw sitwazzjoni fejn kelliem tal-oppozżizzjoni jikkontradixxi lil sieħbu. L-Oppożizzjoni hija grupp ta’ solisti stunati, kulhadd idoqq ghal rasu, b’eccezzjoni ta’ verament ftit deputati li jaghmlu sforz genwien. Dan jikkuntrasta ferm mat-tim tal-Gvern !

No comments: