Nov 28, 2010

3 Mumenti f'Sant'Antnin

Inhossni mpressjonat bir-rispons tan-nies ghall-Open Weekend gewwa l-impjant tar-riciklagg f’Sant’Antnin Wied il-Ghajn. Hu kkalkulat li zaru il-facilita’ madwar sitt elef ruh fuq tlett ijiem. Illum il-Hadd kellhom jestendu l-hin tal-gheluq mill-4.00pm ghall-5.00pm daqs kemm marru nies. In-nies urew l-apprezzament taghhom ghall-impjanti li bnejna f’dan ic-centru b’nefqa ta’ madwar 27 miljun euro, li minnhom madwar 18-il miljun gew mill-Unjoni Ewropea.

Kien hemm tlett mumenti verament sbieh minn nhar il-Hamis filghodu meta il-Prim Ministru fetah din il-facilita’ b’mod ufficjali. L-ewwel wiehed kien meta l-Prim Ministru kixef il-monument ta’ tifkira, li fih innifsu ukoll huwa messagg: monument maghmul mill-gebel riciklat. Monument li sar mill-artist Agius. F’dak il-mument ghidt f’qalbi “Fl-ahhar !” wara tant tfixkil li sibna minkejja li ppruvajna mill-ahjar li nistghu biex infehmu t-titjib li konna se naghmlu.

Mument sinifikanti iehor kien meta l-Hamis filghaxija ltqajt ma’ ragel u martu li gew ir-riceviment li ghamilna ghar-residenti gewwa l-istess impjant. Verament hadt gost narah hemmhekk. Niftakar sew li fl-2005 fis-suppost laqgha ta’ nformazzjoni li kont organizzajt ghar-residenti ta’ M’Scala, dan ir-ragel kien minn ta’ quddiem jghajjat u jopponi d-decizjoni taghna. Irrid nirringrazzjah ghas-sens gholi ta’ maturita’ li wera. Ma qghadx lura milli jigi. U dan apprezzajtu hafna. Verament xtaqt li l-Kap tal-Opposizzjoni wera l-istess livell ta’ maturita’ ta’ dan ir-ragel u gie hu wkoll, minkejja li fl-istess laqgha tal-2005 tghidx kemm kien hambaq li se jaghmel hiltu bhala MEP biex jifriza l-fondi ewropej. Izda ghal darb’ohra il-Partit Laburista baqa’ ankrat mal-passat.

It-tielet u l-isbah mument kien dak tal-Gimgha filghodu meta akkumpanjajt tfal mill-iskejjel ta’ M’Scala u Zejtun ghal zjara fil-facilita’. Mument minnhom gie tifel zghir u staqsini “Sir, ghaliex gewwa hemm ir-riha ta’ skart u hawn barra ma hawnx ?” Ippruvajt nispjegalu l-kuncett ta’ negative pressure fejn li l-arja ta’ gewwa l-bini ma tithalliex tohrog barra u l-arja tispicca tinharaq halli telimina r-riha. Imqar li l-udjenza generali li ffacjajna matul l-ahhar snin kienet kurjuza bizzejjed li tfittex ir-risposti u mhux tibqa mghaddsa fil-pregudizzji !

No comments: