Jan 29, 2011

Wicc gdid ghal Triq Bisazza

Matul dawn il-ġranet tajna bidu għal proġett ieħor ta’ tisbiħ fi Triq Bisazza f’Tas-Sliema. Wieħed japrezza li din hija t-tieni l-aktar zona kummercjali mportanti ta’ pajjizna wara l-Belt Valletta. Fil-fatt f’din it-triq biss hemm madwar hamsin hanut u kumpless shih ta’ hwienet. Barra hekk din iz-zona hija wahda turistika. Ghalhekk jixraq li jsir investiment fiha biex apparti li nkomplu ntejbu l-post ghar-residenti li jghixu fiha, ghall-Maltin li jmorru jixtru minnha, nkomplu ntejbu l-prodott turistiku tagħna. Dan ix-xogħol jikkumplimenta t-tisbiħ li diga sar f’din iz-zona kummercjali l-aktar permezz tax-xoghlijiet ta’ tisbih li sar fi Triq it-Torri u Pjazza Sant’ Anna.

Bhalissa qed isir ix-xoghol fuq is-servizzi tal-ilma u tad-drenagg li fil-fatt se jinbidlu u jsiru mill-gdid. Permezz ta’ dan il-proġett ser inkunu qegħdin nagħtu wiċċ ġdid lil din it-triq. It-triq u l-bankina se jkunu ppavimentati f’livell wieħed permezz tal-materjal tal-porfido li jagħti dehra mill-isbaħ, izda se jigu nstallati bollards matul it-triq kollha halli xorta jkun protezzjoni meta jghaddu l-vetturi. Din it-triq ġaladarba jitlesta l-proġett se tkun meħlusa mill-karozzi pparkjati sabiex tizdied l-area pedonali u jigi nstallat softlandscaping permezz ta’ sigar.

Il-pjazzetta li nsibu f’parti mit-triq, u li sa llum tkun maħnuqa bil-karozzi pparkjati go fiha se ndawruha fi spazju miftuħ u msebbaħ. Se ninstallaw żewġ funtani, dawl dekorattiv, u numru ta’ bankijiet biex iservu ta’ post għar-rilassament. F’dan il-post ukoll wieħed se jkun jista’ jagħmel użu mis-servizz ta’ wi-fi li sejrin ninstallaw fiż-żona. Ir-riżultati fl-użu tal-wi-fi li qed nirreġistraw minn Pjazza Sant’Anna juri kemm l-użu tal-internet huwa popolari.

B’hekk se nkunu qed nitrasforaw din iz-zona kummercjali f’zona ta’ livell aktar gholi, aktar organizzata u nadifa. L-istat prezenti ta’ din it-triq ma jixraqx mal-kwalita’ tal-hwienet li wiehed isib f’din it-triq. Bosta sidien investew bil-kbir fl-istabbilimenti taghhom. L-istess ghamlu s-sidien tal-hwienet tax-Xatt ta’ Tas-Sliema u Triq Manwel Dimech. Fil-fatt wara li nlestu ix-xoghol fi Triq Bisazza hu pprogrammat xoghol iehor ta’ tisbih f’dawn l-inhawi ukoll ta’ din iz-zona kummercjali. Ovvjament waqt li ghaddejjin ix-xoghlijiet qed nipruvaw nimminimizzaw l-impatt fuq ir-residenti u fuq is-sidien tal-hwienet, izda ovvjament anke huma jifhmu li bilfors ammont ta’ nkonvenjenza bilfors ikun hemm.

1 comment:

Unknown said...

Prosit George. Nammira d-dinamicita`,il-kreattivita`, l-ghaqal fl-ippjanar, u l-pacenzja li tiehu biex tinforma lin-nies u toqghod ghall-kritika li ssir (li ma tkunx dejjem gusta). Tajjeb li tghamel minn kollox biex tferrex l-informazzjoni fuq dak li jkun qieghed isir. Li jkollok PR tajjeb illum huwa essenzjali, mhux lussu. In-nies tesigi li tkun infurmata. Fr. Savio