Sep 4, 2011

Fejn hi l-etika ?

Mela Joseph Muscat ftit wara li lahaq leader tal-PL kien waqqaf kumitat tal-etika ghall-media tieghu. Kien wieghed li sakemm ikun leader hu, l-gurnalisti tal-media tal-Partit tieghu jkunu etici u jirrapurtaw l-istejjer b’mod korrett.

Issa proprju waqt li l-Ministru Carm Mifsud Bonnici jinsab l-isptar ghal kura, tidher ahbar fuq il-One News li l-Prim Ministru se jaghmel reshuffle u fil-fatt se jnehhi lil Ministru Mifsud Bonnici. U l-istorja tkompli: Skond il-One News “se jinghataw ragunijiet ta’ sahha ghat-tnehhija ta’ Carm Mifsud Bonnici”.

Storja oxxena. Verament waqa’ fil-baxx il-media tal-Partit Laburista. Jafu li Carm Mifsud Bonnici ilu l-isptar ghall-ahhar tlett gimghat u proprju issa jivvintaw storja bhal din. Tant jafu li ftit tal-granet ilu d-Deputat Kap tal-PL, Toni Abela awgura fejqan ta’ malajr lil Carm Mifsud Bonnici. Igifieri zgur li issa ma jistghux jigu jghidulna li ma kienux jafu li ma jiflahx, kif kienu qalulna meta nsistew li Fenech Adami jigi personalment hu fil-Parlament jitkellem fuq mozzjoni, allavolja t-tabib tieghu kien tah struzzjonijiet biex jibqa d-dar.

Min qal li tal-Labour inbiddlu ? L-uniku haga li nbiddlet huwa d-disinn tat-torca imma l-metodi ghadhom l-istess. Jekk Joseph Muscat irid li jitwemmen imissu hu stess iressaq lill-gurnalist li kiteb l-istorja quddiem il-kumitat tal-etika. Jekk ma jaghmilx hekk allura bilfors ikollna nikkonkludu li Joseph Muscat komplici daqs min kiteb storja bhal din.

No comments: