Oct 12, 2007

L-inbid Malti ghandu valur !

Din il-gimgha wegibt mistoqsija parlamentari fuq l-ghajnuna fuq id-dwieli u jkolli nistqarr li jien stess impressjonajt ruhi bit-twegiba. Dr.Joe Cassar, wiehed mid-deputati tal-Gvern, staqsini: "Jista' l-Ministru jgħid kemm żdied it-tkabbir tad-dwieli għall-inbid kull sena mis-sena 2000 'l hawn u x'għajnuna finanzjarja ngħatat s'issa għat-tkabbir tad-dwieli, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex? Kemm minn din l-għajnuna ġiet mill-Unjoni Ewropea? Kemm hawn persuni reġistrati li qed ikabbru d-dwieli għall-inbid, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?"

It-twegiba li ppreparawli n-nies teknici tal-Ministeru ssorprenditni. Mill-2003 lil hawn l-għajnuna finanzjarja li ngħatat għat-tkabbir tad-dwieli lil bdiewa kienet ta’ madwar Lm 1.4 Miljun. Li minnha madwar Lm 133,000 ġew mill-Unjoni Ewropea.

Fl-2003 f'Malta u Ghawdex kellna 5,500 tomna art bid-dwieli filwaqt li sas-sena 2006 kien hawn irreġistrati madwar 8,100 tomna ta' art ghad-dwieli. Bhalissa ghandna madwar 3,000 bidwi li jkabbar l-gheneb.

Ghalhekk meta dan il-weekend tkun qed tixrob xi tazza nbid tajjeb ta' Malta ftakar li fuq dak l-inbid kien hemm investiment qawwi. Ftakar ukoll fix-xoghol iebes tal-bidwi biex kabbar l-gheneb li minnu sar l-inbid li qed tixrob.

Oct 10, 2007

Wasal Father Christmas!

Il-ħajja fil-politika laqqgħetni ma' ħafna episodji u għallmitni ħafna. Il-kuntatt man-nies jibqa’ l-aktar għal qalbi. Minn nies titgħallem, tisma l-aspirazzjonijiet u l-ħsibijiet tagħhom u tħoss sodisfazzjon meta tara li l-ħidma qed tigi apprezzata.

Ikolli nammetti li l-laqgħat tal-pubbliku xi kultant jissarrfu wkoll f’espisodji komiċi li rrid naqsam magħkom. Il-bieraħ waħda minnhom. Kont qiegħed nagħmel xi zjarat għand familji s-Swatar u kien imissni nħabbat l-ahhar dar, kienu xi d-9.00pm. Bdejt gejja l-ghejja.

Jien ma rrealizzajtx li kien hemm qanpiena tal-elettriku fil-pilastru tal-parapett. Bqajt diehel l-parapett u ezatt hdejn il-bieb nara qanpiena kbira. Ovvjament, bdejt indoqqha u din għamlet ftit ħsejjes mhux ħazin. F’daqqa waħda, minn ġewwa nisma tifel zgħir li b’ton ta’ ferħ beda jgħajjat u jgħid lil ommu “Mama’, Mama’, wasal Father Christmas”!!

Dan ma kienx bizzejjed. Naħseb li x’ħin rani t-tifel aktar ikkonvinċa ruħu li jien veru Father Christmas tant li mar ġab karta u lapes u beda jnizzel lista ta’ x’ġugarelli jrid għall-Milied li ġej. Tant kien konvint li x’ħin ommu qaltlu li jien m’iniex Father Christmas, tgħidx kemm beka bil-qalb miskin !

Anke dan l-episodju kkonfermali l-innoċenza tat-tfal, u l-bzonn li nkompli bid-dieta!!

Oct 7, 2007

Insahhu s-success flimkien

Dalghodu kellna l-Kunsill Generali tal-PN. Bhas-soltu ghamilt id-diskors tieghi. Ghazilt li nitkellem fuq l-edukazzjoni. Ghidt li nara zewg sfidi ohra fil-qasam edukattiv apparti dawk indiklati fid-dokument pprezentat mill-partit.

L-ewwel sfida hija dik li ninvolvu aktar il-genituri fl-iskola, halli l-iskola ssir ferm aktar l-estensjoni tad-dar kif ukoll id-dar tkun l-estensjoni tal-iskola.

It-tieni sfida hija dik li nintegraw hafna aktar it-taghrif u t-taghlim dwar l-ambjent u l-wirt ta' pajjizna fil-programm edukattiv ta' pajjizna halli nbiddlu l-kultura. Mhux biss biex it-tfal jitghallmu ma jaghmlux hsara lill-ambjent izda anzi biex jitghallmu jaghmlu xi haga posittiva favur l-ambjent. Spjegajt dak li ghamilna permezz tal-programm EkoSkola flimkien man-Nature Trust.

Kkonkludejt billi ghidt li fil-qasam tal-edukazzjoni ghamilna rivoluzzjoni siekta. Bnejna dar ta' opportunitajiet ghal kulhadd. Dar b'hafna bibien, biex min isibha difficli jsib il-bibien il-wesghin jkun jiftah imqar bieb ckejken li xorta jiftahlu l-opportunitajiet.

Oct 6, 2007

34U Ambassadors

Il-bierah tajt il-hatra ta' Ambaxxaturi tal-kampanja tat-34U lil numru ta' personalitajiet fosthom Ira Losco, Moira Delia, Julia Farrugia, Nathanial Attard u ohrajn. L-idea hija li dawn il-personalitajiet jghinuna nxerrdu l-messagg tal-htiega li nhawlu aktar sigar f'pajjizna.

Is-sena l-ohra kellna t-target li nhawlu 10,000 u fil-fatt hawwilna 16,000. Din is-sena ghandna t-target li nhawlu 20,000 ! Jekk nibqghu sejrin hekk nahseb li naqbzu dan it-target, imma hemm bzonn sforz minn kulhadd. Hadt gost li dawn il-personalitajiet accettaw l-istedina taghna. Zgur li ma gewx ghal pin u l-arm band tat-34U !

Apparti l-personalitajiet li jidhru fir-ritratt inhatru ukoll bhala Ambaxxaturi Carlo Borg Bonaci, Pierre Cordina u Claudette Pace.

By the way skoprejt li mhux wahdi sirt inhobb ir-rugby. Ira u Moira tghidx kemm huma fans tar-rugby imma ma nahsibx li ghall-istess raguni !!

Oct 3, 2007

Forza Lazio !!!

Illejla kelli cans nara l-loghba tac-Champions League, Lazio vs Real Madrid. Kienet loghba tajba li spiccat bl-iscore ta' 2 -2, b'Goran Pandev jiskorja tnejn ghal Lazio. Fil-verita nemmen li l-Lazio bi ftit aktar attenzjoni u grinta setghu rebhu.

Bil-mod il-mod qed johrog il-karattru veru ta' dan it-team tal-manager Delio Rossi, li tnexxielu jghaqqad team li kapaci jikkombatti sal-ahhar u jilghab bhala team. Ma hemmx xi players b'ismijiet kbar, kif kienu mdorrijin qabel ma l-club kwazi falla finanzjarjament, izda team bi players li lesti jaghtu 100% lil xulxin.

Ili nzomm mal-Lazio mill-1974 meta rebhu l-ewwel Scudetto taghhom. Kelli biss 10 snin. Ghaddew minn zminijiet sbieh u zminijiet koroh imma l-lealta' baqghet hemm !

Bhalissa il-club ghaddej minn zmien ta' bidla taht il-Presidenza ta' Claudio Lotito, li qed jirnexxielu jibni bazikament team b'dixxiplina gdida, inkluz dixxiplina fiskali, fejn mhux lest li jhallas pagi straordinarji li ghamlu mill-loghba tal-football, loghba perikoluza. Qala hafna kritika izda nahseb li z-zmien qed jaghtih ragun !

Annabelle u l-qawwa tal-komunita'

Il-bierah, jien u Lourdes gejna mistiednin nattendu quddiesa ta’ ringrazzjament ta’ Annabelle Vassallo, habiba taghna fil-knisja tas-Siggiewi. Annabelle, ghaddiet minn esperjenza ta’ mard u kellha titla’ ghal kura Londra fejn kienet qed tghix ghal dawn l-ahhar disa’ xhur.

Xi haga li laqtitni l-bierah hija l-kuragg li biha ghexet din l-esperjenza. Annabelle qasmet hsieb zghir maghna : Minkejja d-diffikultajiet kbar tal-marda, kienet kapaci tesperjenza ferh u paci kbira fil-hajja taghha.

Tkellmet fuq l-importanza ta’ l-appogg li wrewha l-familja u l-hbieb taghha imma fuq kollox tkellmet fuq il-fidi taghha. Qaltilna li l-Mulej ghamel maghha aktar milli hi qatt setghat titlob jew timmagina. Il-Mulej ghamel maghha hwejjeg kbar – mhux biss il-prezenza Tieghu akkumpanjat ‘l Annabelle matul dawn ix-xhur li ghaddew izda esperjenzat fejqan fizikali. It-tumur li tant kienet qed tibza minnu donnu miet.

Din il-quddies kienet esperjenza fejn personalment ergajt irriflettejt fuq l-infinita’ ta’ Alla. Fuq kemm Alla ghadu jezisti u jimxi maghna. Laqatni wkoll is-sabih tal-komunita’ Maltija. Meta jinqala’ l-ghawg, specjalment il-mard, tara n-nies jaghtu l-appogg b’mitt elf mod. Il-bierah fis-Siggiewi, hassejt il-qawwa tal-komunita’, l-imhabba lejn il-proxxmu u fuq kollox is-sahha tas-solidarjeta’ Maltija.

Oct 1, 2007

Workshop tal-Arkitettura

Gew iżuruni tlieta mill-erba' studenti tal-Fakulta' tal-Arkitettura (Edward Coppini, Paula Curmi, Mark Muscat u Giancarlo Torpiano) li ftit granet ilu gew lura mill-belt Taljana ta’ Lucca wara li ħadu sehem f’workshop ta' hmistax-il gurnata bit-titlu “Urban Culture and Landscape Renewal”.

F'Mejju li ghadda waqt li kont Ruma sirt naf b'dan il-workshop li jsir kull sena u tlabt lil Prof. Roberto Schmid tal-IUSS sabiex jaccettaw ukoll numru ta' studenti Maltin. Wara ftit granet kitibli biex jghidli li accettaw u jien tlabt lis-SACES, l-ghaqda tal-istudenti tal-Arkittettura, biex jikkordinaw din l-opportunita'.

Għal dan il-workshop kienu qed jieħdu sehem ukoll studenti universitarji Taljani flimkien ma’ oħrajn minn universitajiet fic-Cina, il-Polonja, il-Jordan u t-Tuneżija. Il-bicca xogħol li kellhom għal dan il-workshop kienet li jaqilbu bini antik mijiet ta’ snin li sa ftit ilu kien għadu jintuża bħala sptar mentali, f’campus universitarju, bil-landscaping b’kollox.

Iżda aktar mill-esperjenza li ggwadanjaw, m’għandix dubju li workshop serva biex jiftħilhom l-orizzonti tagħhom, li sfortunatament huma xi ftit limitati għall-istudenti Maltin.