Oct 3, 2007

Forza Lazio !!!

Illejla kelli cans nara l-loghba tac-Champions League, Lazio vs Real Madrid. Kienet loghba tajba li spiccat bl-iscore ta' 2 -2, b'Goran Pandev jiskorja tnejn ghal Lazio. Fil-verita nemmen li l-Lazio bi ftit aktar attenzjoni u grinta setghu rebhu.

Bil-mod il-mod qed johrog il-karattru veru ta' dan it-team tal-manager Delio Rossi, li tnexxielu jghaqqad team li kapaci jikkombatti sal-ahhar u jilghab bhala team. Ma hemmx xi players b'ismijiet kbar, kif kienu mdorrijin qabel ma l-club kwazi falla finanzjarjament, izda team bi players li lesti jaghtu 100% lil xulxin.

Ili nzomm mal-Lazio mill-1974 meta rebhu l-ewwel Scudetto taghhom. Kelli biss 10 snin. Ghaddew minn zminijiet sbieh u zminijiet koroh imma l-lealta' baqghet hemm !

Bhalissa il-club ghaddej minn zmien ta' bidla taht il-Presidenza ta' Claudio Lotito, li qed jirnexxielu jibni bazikament team b'dixxiplina gdida, inkluz dixxiplina fiskali, fejn mhux lest li jhallas pagi straordinarji li ghamlu mill-loghba tal-football, loghba perikoluza. Qala hafna kritika izda nahseb li z-zmien qed jaghtih ragun !

3 comments:

Unknown said...

Hallina George, gej bil-forza Lazio!

Din ghal nhar il-Hadd... halli tkanta maghna mad-daqqa ta' Carnival de Paris...

Aleee Aleee
Aleee Milan Aleee
Forza Diavolo e vinceraiiii....
Non ti lasceremo maiiiii

Unknown said...

Fid-dawl tar-rizultat tal-loghba tal-hadd filghaxija (1-5 ghal min ma jafx), nispera li sibtu handy l-innu li ktibtlek fl-ahhar post... LOL!!

juve07 said...

ara tghidx l-istess wara l-loghba tal-hadd!!