Aug 5, 2008

Karl, Good Luck !

Huma mumenti tabilħaqq diffiċli dawk li għaddej minnhom bħalissa l-kollega parlamentari t-tabib Karl Chircop. Huma mumenti diffiċli wkoll għall-familja tiegħu li ħabta w sabta sabu ruħhom f’dan is-saram.

Lil Karl nafu l-aktar fil-Parlament, fejn għalkemm minn naħat differenti, nammirah għal mod ta’ kif iwassal l-ideat tiegħu. Huwa ġentlom u għalkemm ma naqblux politikament, qatt ma ddubitajt mill-ġenwinita’ tiegħu. Naf ukoll lil martu Adriana, li hija minn tas-Sliema.

F’mumenti bħal dawn m’hemmx qasmiet politiċi, izda hemm biss is-solidarjeta’ umana u għal darb’oħra ngħid li l-poplu Malti reġa wera li kapaċi jqum għall-okkazzjoni u f’mumenti bħal dawn huwa qrib ta’ Chircop u tal-familja tiegħu. Xhieda ta’ dan huma l-għexieren ta’ messaġġi ta’ solidarjeta’ li twasslu lill-familja Chircop.

Dalghodu meta mort inzuru l-isptar bilkemm flaht inhares lejh. Naf lil Karl bhala persuna habrieka, entuzjasta u always on the move. Dak il-hin ma flahtx ma nlissinx f'qalb "Kemm m'ahna xejn!".

Nawgura li bl-għajnuna t’Alla Karl ikollu s-saħħa biex jirkupra. Nawgura li l-familja tiegħu jkollha l-kuraġġ biex tieqaf miegħu f’mument fejn l-aktar li għandu bzonnhom.

No comments: