Sep 19, 2009

Ilqugh mill-gharar f'Pembroke

Din il-gimgha mort nara l-aħħar fażi tal-proġett tal-ilqugħ mill-għarar f’Pembroke. Il-pożizzjoni ġeografika ta’ din il-lokalita’ hija suxxettibbli għall-għarar minħabba l-fatt li tilqa’ fiha l-ilmijiet li jinżlu minn tal-Ibraġġ u l-Madliena.

Ir-residenti tal-inhawi kien ilhom jitolbu li jsiru interventi halli l-garaxijiet taghhom ma jibqghux jeghrqu kull meta taghmel maltempata. Ghalhekk kont tajt struzzjoni sabiex tigi ddisinjata soluzzjoni u tigi mplimentata fl-iqsar zmien. Ovvjament ix-xoghol ried isir fil-perjodu tas-sajf u qabel ma tinfetah l-iskola Primarja gdida ta' Pembroke li inbniet f'din iz-zona. Irid jinghad ukoll li x-xoghol sar b'ko-ordinazzjoni mal-FTS li minn naha taghha hadet hsieb li jinbena gibjun taht din l-iskola l-gdida.

Ix-xoghol li qed jaghmel il-Ministeru jikkonsisti f'xoghol ta' culverts biex jilqgħu l-ilmijiet f’Pembroke. Gie nstallat culvert mill-coastroad fin-naha tac-cimiterju tas-suldati halli kemm jista jkun nigbru l-ilma li jkun gej minn High Ridge u l-Madliena u jintefa f'gibjun kbir ta' zmien l-Inglizi li hemm taht il-binja maghrufa bhala Sandhurst. Mill-bqija qed jigu nstallati numru ohra ta' culverts fit-toroq li minnhom kien jghaddi kwantita' ta' ilma. Din is-sistema ta’ culverts hija maħsuba biex eventwalment l-ilmijiet li jinġabru fl-inħawi msemmija, jgħaddu minn kanal taħt Triq il-Mediterran.

Waqt li ghaddejjin bix-xoghol instab li l-komunikazzjoni tad-drenaġġ ta’ numru żgħir ta’ djar instabet f’livelli aktar fil-fond minn dak mistenni, u ghalhekk kellhom isiru xi emendi fil-livelli tal-kanal sabiex il-katusi tad-drenagg ma jtelfux il-mogħdija tal-ilma. Sabiex inwettqu dan il-proġett investejna ‘l fuq minn €100,000. Dan huwa progett zghir hdejn il-progett nazzjonali tal-ilqugh mill-gharar li se jqum €56 Miljun fondi Ewropej sabiex isolvi bosta problemi f'lokalitajiet ohra f'pajjizna bhal B'Kara, Imsida, Gzira, Wied il-Ghajn u ohrajn. Dan il-progett bhalissa qed jigi pprocessat mill-MEPA.

No comments: