Sep 2, 2009

Gwerra qatt aktar

Il-bierah gewwa Gdansk fil-Polonja gie mfakkar il-bidu tal-konflitt tat-Tieni Gwerra Dinjija. Din il-gwerra li nbiet mir-regim Nazista Germaniz halliet 60 Miljun vittma. Kien propju fl-1 ta' Settembru tal-1939 li nbeda l-ewwel attakk Nazist mill-bastiment Germaniz Schleswig-Holstein ghall-invazzjoni tal-Polonja.

Il-Kancellier Germaniz, Angela Merkel waqt ic-cerimonja ta' tifkira qalet "it-trasformazzjoni pacifika tal-Ewropa wara t-terrur u l-vjolenza tat-Tieni Gwerra huwa miraklu". Ghanda ragun. Il-paci li ghandna madwarna llum ma rridu qatt niehduha for granted. Ftit jinteressana nifhmu minn xhiex ghaddiet l-Ewropa u d-dinja halli nitghallmu mill-izbalji tal-passat. Ghandna habta xi kultant nassumu li l-paci waqghet mis-sema u se tibqa maghna ghal dejjem. Irridu nahdmu ghal paci kuljum.

Laqatni ukoll id-diskors ta' Putin meta wissa li filwaqt li mportanti li naghrfu l-izbalji tal-passat huwa dmir taghna li ma nirrepetux l-istess zbalji. "Irridu niggieldu kuljum l-mibgheda razzjali u nibnu politika fuq principji komuni" Putin fakkar ukoll li ftit aktar minn nofs tal-vittmi tat-Tieni Gwerra kienu cittadini ta' dik li kienet l-Unjoni Sovjetika.

L-aktar messaggqasir u sinifikanti kien dak ta' Ignacy Skowron fuq wheelchair, wiehed mill-unici erbgha suldati Pollakki li ghadhom hajjin, meta qal "Gwerra qatt aktar".

No comments: