Sep 9, 2009

Addio Allegria !

Addio Allegria ! Allegria dik il-kelma li tant kien ilissen bil-qalb Mike Bongiorno li halliena l-bierah fl-eta' ta' 85 sena. Miet b'attakk tal-qalb waqt li kien ghal vakanza gewwa Montecarlo. Bongiorno kien dak il-personagg li tant konna drajna fi djarna imexxi programmi quiz li minnhom konna nitghallmu.

Bongiorno beda l-ewwel quiz tieghu fl-1956. L-aktar tnejn li ghallanqas niftakar jien kien "Lascia o raddoppia" u "Rischiatutto". Kien presentatur serju izda simpatiku. Il-programmi ta' quizzes tieghu kienu divertenti u joffru taghlim lil kulhadd. Il-quiz programmes tieghu kienu differenti mill-quizzes li naraw ilum fuq TV, fejn hafna drabi il-kompetitur irid jaghzel risposta tajba minn tlett risposti suggeriti. Lili ghallanqas ituni l-impressjoni ta' lotterija aktar milli ta' quiz serju.

Forsi ftit nies jafu li waqt it-Tieni Gwerra Dinjija Bongiorno kien mitfuh fil-habs ta' Milan wara li kien inghaqad mal-partigjani Taljani fil-muntanji. Kien arrestat f'April tal-1944 u mieghu fic-cella kien hemm ukoll il-famuz gurnalist Indro Montanelli. Minn Ottubru ta' dik is-sena sakemm inheles spicca f'diversi kampi ta' koncentrament. Kien inheles fi Frar tal-1945 wara bdil ta' prigunieri bejn l-Istati Uniti u l-Germanja Nazzista. Bongiorno jirrakkonta li dawk kienu l-aktar mumenti difficli f'hajtu izda kienu l-aktar mumenti li hassu vicin ta' Alla u l-Madonna. Kull meta kien ikellem liz-zghazagh dejjem kien jghidilhom "Tinsewx li jezisti Alla". Il-bierah Mike mar jinghaqad ma' dak li tant kien jemmen fih.

No comments: