Sep 27, 2009

€ 27 Miljun ta' investiment

€ 27 Miljun ta' investiment fl-agrikoltura. Impressjonanti. Espressjoni ta’ fiduċja kbira fis-settur agrikolu. Ghadni kemm habbart ir-riżultati ta' wahda mill-Iskemi ta' ghajnuna lil bdiewa u rahhala f'pajjizna, li tissejjah Miżura 121. Permezz ta' din l-Iskema madwar 180 benefiċċjarju se jiehdu 50% ghajnuna mill-fondi tal-Unjoni Ewropea halli jaghmlu progetti ta' titjib f'dan is-settur. Dan se jissarraf f’kwalita’ aktar għolja tal-prodott lokali għal benefiċċju tal-konsumatur kif ukoll jaghmel lil bdiewa u r-rahhala aktar kompetittivi f’suq miftuħ. L-ghajnuna li hadu l-bdiewa u r-rahhala m’hijiex taxabbli.

Il-Miżura 121 kienet tiprovdi ghal 3 tipi ta' investiment: 1. immodernizzar u titjib ġenerali, bhal serer jew tined godda ghal bhejjem; 2. investiment ambjentali u 3. investiment sabiex ir-raħħala jiġu konformi mad-direttiva tan-Nitrati u ghalhekk jnaqqsu l-impatt tad-demel fuq l-ilma tal-pjan. Huwa nkorraġġanti l-fatt li mill-ewwel 180 benefiċċjarju li ser jibdew jissejħu sabiex jiffirmaw il-kuntratt għall-għajnuna hemm 77 benefiċċjarju li l-eta tagħhom hija ta’ inqas minn 40 sena.

Fil-ġranet li ġejjin se jifthu ukoll 5 Mizuri ohra taħt il-Programm ghal-Iżvilupp Rurali 2007 – 2013, liema Programm fih pakkett ta’ €100 Miljun. Dan ifisser li issa se jkunu nħarġu 14-il Miżura minn 18-il Miżura taħt il-pjan. Dan juri l-impenn tal-Gvern biex jimplimenta il-Programm tal-Iżvilupp Rurali fl-iqsar żmien possibli halli jsahhah dan is-settur.

Habbart ir-rizultat ta' din il-Mizura il-bierah gewwa serra kbira gewwa l-Imgarr ta' zewgt ahwa li nvestew mal-€130,000 biex bnew din is-serra, ghamlu gibjun kbir tahta u se jinstallaw pannelli solari halli jaghmlu lis-serra self-sufficient fuq l-energija nadifa. Dawn iz-zewgt ahwa se jiehdu nofs l-investiment taghhom minn din il-Mizura. Il-bierah irringrazzjajt lilhom u lil bdiewa u rahhala l-ohra li kienu protagonisti fil-bidla kbira li ra dan is-settur fl-ahhar 5 snin u li anke issa qed juru fiducja ghax qed ikomplu jinvestu. Dan kollu juri kemm kellna ragun ahna u kemm kienu zbaljati dawk bhal Joseph Muscat li qalu li l-bdiewa u r-rahhala jmutu bil-guh jekk pajjizna jissieheb fl-Unjoni Ewropea.

No comments: