Feb 10, 2010

L-akbar trux...

Bdejna x-xogħlijiet ta’ restawr fuq is-swar tal-Belt Valletta, bhala parti mis-6 km ta’ swar li se jkunu restawrati f’Malta u Ghawdex. Fil-Belt Kapitali tagħna se jkunu restawrati xejn anqas minn 3 km ta' swar. B'kollox dan il-proġett se jkun ra nvestiment ta' 36 miljun ewro, minn fondi tal-UE. Stajna nibdew wara li l-haddiema tar-Restoration Unit fl-ahhar xhur analizzaw b’mod dettaljat dawn is-swar halli fis-sejhiet ghax-xoghol (tenders) ikunu jistghu jispecifikaw ezatt ix-xoghol li hemm bzonn isir.

Il-consortium li rebaħ il-kuntratt għax-xogħlijiet fuq is-swar tal-Belt Valletta ghandu esperjenza vasta ta restawr, insemmu fost l-oħrajn xogħlijiet fuq fdalijiet rumani ġewwa Ruma u fir-regjun tat-Toscana fl-Italja. Dan il-progett ta’ restawr iffinanzjat minn fondi ewropej jikkumplimenta x-xoghol l-iehor ta’ restawr li r-Restoration Unit qed taghmel b’fondi tal-Gvern Malti fost l-ohrajn ir-restawr tas-swar ta' San Gwann t’Ghuxa f'Bormla u s-Swar ta' taħt il-qanpiena fil-Belt Valletta. Dan huwa nvestiment bżonjuż li se jħalli frott kemm fuq l-infrastrutura ta’ pajjiżna kif ukoll jgħin sabiex jitjieb il-prodott turistiku Malti.

Li jdejjaqni huwa l-fatt li l-Opposizzjoni anke fuq suggett bhal, dan mohha biex intenzjonalment thawwad l-imhuh, inkella verament ma tafx x’inhu ghaddej f’pajjizna. Proprju fil-media elettronika tal-Partit Laburista ta’ llum insibu “The Cittadella in Gozo has been left in a state of ruins, due to lack of initiative and apathy from the Government’s part.” Kemm ili nghid li c-Cittadella hija nkluza fix-xoghol ta’ dan il-progett massicc ta’ restawr. Fil-fatt dalwaqt jibda x-xoghol ta’ restawr fuq medda ta’ 'l fuq minn 1.2km tas-swar tac-Cittadella !

Ix-xoghol ta’ preparazzjoni ilu li beda, tant li lil-media konna anke spjegajnilha fuq il-post f’Lulju li ghadda x-xoghol li kien ghaddej biex jigi ppreparat mudell virtwali 3-dimenzjonali li fuqu jiġu ndikati l-materjali kif ukoll il-ħsarat eżistenti. Halli ix-xoghol ta’ restawr isir verament b’mod professjonali. Verament il-kaz li “L-akbar trux huwa dak li ma jridx jisma u l-akbar għama min ma jridx jara !”

No comments: