Apr 19, 2010

Tlett Mumenti

Il-Papa gej, gie u telaq ! Jekk issaqsini liema kienu l-mumenti li l-aktar se niftakar kienu bazikament tlieta. L-ewwel lil dik il-familja b’persuna bi bzonnijiet specjali li telghu bl-offertorju waqt il-quddiesa. Stajt nara l-ferh fuq wicc l-omm huma u mexjin lura f’posthom. Speci kienet qed tghid “Irnexxielna !”. Familja simbolu tal-familji kollha Maltin u Ghawdxin li jgorru piss aktar minn ta’ haddiehor kuljum, izda jgorruh b’imhabba u b’fidi f’Gesu Kristu.

It-tieni mument kien ovvjament dak meta jien u Lourdes iltqajna mieghu fil-Palazz. Kienet it-tieni laqgha taghna mieghu. L-ewwel darba kien fil-Vatikan tlett snin ilu meta ltqajna mieghu flimkien mat-tifla u l-genituri tal-mara

It-tielet mument kien waqt ic-cerimonja tat-tluq, meta l-Papa appella lil Malta ghal “ħidma mimlija sfidi favur djalogu u kooperazzjoni fl-ambitu tal-komunitajiet internazzjonali u Ewropej, fejn Malta tagħti xhieda tal-valuri Nsara li għenu biex tissawwar l-identità tagħha. Unità, solidarjetà u rispett reċiproku huma l-bażi tal-ħajja soċjali u politika tagħkom……It-teżor tat-tagħlim soċjali tal-Knisja jispira u jiggwida dawn l-isforzi.” Dan fakkarni f’appell li ghamilt dan l-ahhar lill-Arcisqof. Ghidt li f’pajjizna l-Knisja ghanda bzonn twaqqaf Skola Politika miftuha ghal kulhadd li fiha tiprepara persuni ghall-impenn fil-komunita’ bbazat fuq it-taghlim socjali tal-Knisja.

Din iz-zjara kienet wahda qasira izda b’sinifikat qawwi. Jalla z-zjara twassal ghal tigdid aktar dinamiku tal-Knisja u s-socjeta’ Maltija fit-taghlim li gab f’pajjizna San Pawl 1950 sena ilu. Ghamel sew l-Arcisqof Cremona li fid-diskors tieghu rrefera ghal fatt li “s-soċjetà nbidlet u hija sfida għall-Knisja Kattolika li teżamina lilha nnifisha u l-metodu ta’ evanġelizzazzjoni tagħha” u li l-Knisja lokali hija “ispirati mit-temi ewlenin tal-Ittri Enċikliċi” tal-Papa Benedittu XVI b’referenza ghal Deus Caritas Est, Spe Salvi u l-Caritas in Veritate.

No comments: