May 2, 2010

Caravaggio - wirja f'Ruma

F’dawn il-granet kelli l-opportunita’ nzur mal-familja l-wirja li qed tittella bhalissa f’Ruma fuq Caravaggio f'għeluq l-400 mitt sena mill-mewt tieghu. Il-pittur famuż Michaelangelo Merisi, jew kif inhu magħruf Caravaggio, twieled f'Milan iżda hadem ukoll f’Ruma, Napli, Sqallija u anke f'Malta. F’perjodu relattivament qasir ta’ 17-il sena ddomina x-xena artistika tas-seklu sbatax. Il-wirja tinkludi 24 mill-aktar xoghlijiet famuzi tieghu: il-Bacchus (li tidher hawn), David b’Ras Golia, il-Kannestru bil-Frott, il-Htif ta’ Gesu fil-Gnien u xoghlijiet ohra li ngiebu mill-muzewijiet fl-Italja u anke minn diversi pajjizi ohra fosthom l-Istati Uniti, Irlanda, Russja u l-Germanja.

Il-wirja, li hi pprezentata tajjeb hafna, taghmel referenza ukoll ghal xoghlijiet ohra nkluz dawk ta’ pajjizna fejn Caravaggio ghex ghal anqas minn sentejn. Hu hallilna definittivament zewg bicciet xoghol kbar: San Gerolamu Jikteb u l-pittura fenominali li tiprezenta l-Qtugh ir-Ras San Gwann il-Battista, li sa llum ghadha meqjusa bhala l-akbar xoghol bhala dimensjoni tieghu.

Caravaggio jibqa' l-aktar magħruf għall-istil Barokk li kien juża fix-xogħlijiet tiegħu, iżda fuq kollox għat-teknika innovattiva tal-chiaroscuro, teknika li għamlet ix-xogħlijiet tieghu uħud mill-aktar imfittxija.

Apparti l-wirja nnifisha laqtghuni wkoll is-servizzi edukattivi u didattici marbuta maghha li qed ikun organizzati matul il-wirja, fosthom seminars, laboratorji tal-arti, sessjonijiet ghat-tfal anke ghal tfal ta’ 7 snin, kif ukoll il-presentazzjoni tal-wirja fuq l-iphone bid-dettalji kollha fuq il-hajja, l-istil u n-noti dwar il-bicciet tal-arti esibiti. Verament wirja organizzata tajjeb. Il-wirja se tibqa' miftuħa sat-13 ta' Ġunju u jekk se tkun f’Ruma sa dakinhar titlifhiex.

No comments: