Dec 2, 2010

Gnien iehor ta' kwalita'

Ix-xogħlijiet fuq il-proġett tal-ġnien il-gdid gewwa Qui-si-Sana f’Tas-Sliema huma fi stadju avvanzat u fil-fatt qed nipjanaw li nifthuh dan ix-xahar. Kien hemm bżonn li f’din iż-żona urbana ta’ Tas-Sliema nerġgħu nagħtu lura lil-poplu spazju rikreattiv ta’ kwalita'. Il-gnien li kien hemm qabel definittivament ma kienx wiehed li jixraq lil dik iz-zona, li rat fiha tant investiment mill-privat fl-ahhar 20 sena. F’sentejn se nkunu tajna lil komunita’ Slimiza u lil kull min iżur din iz-zona Pjazza Sant’Anna, kif ukoll promenade u Ġnien gdid fi Qui-si-Sana.

Dan il-ġnien qed jinbena f’forma ta’ benniena biex jilqa’ għal-irjiħat li jaħkmu minn fuq in-naħa tal-baħar. Fil-granet li gejjin il-ġnien se jibda jinkesa bit-turf. Sabiex inkunu nistghu inmantnu dan it-turf anke fix-xhur shan tas-sajf, inbnew 3 gibjuni kbar taħt il-ġnien li għandhom kapaċita’ li jilqgħu fihom mal-1,000 metru kubu kull wieħed. Il-gnien se jkun mghammar bi play equipment ghat-tfal ta’ etajiet differenti kif ukoll b’outside gym equipment u 3 funtani.

Tajjeb pero li wieħed japrezza ix-xogħol kollu li sar li hafna drabi ma jkunx evidenti ghal ghajn, allavolja jkun ikkonsma hafna hin. Il-haddiema tat-Taqsima tax-Xoghlijiet fi hdan il-Ministeru għamlu pedamenti tal-konkos rinforzat taħt il-promenade b’tul ta’ madwar 1 kilometru, skavar ta’ trinek għal diversi servizzi, bini tal-gibjuni, inkluż tqegħid ta’ numru kbir ta’ pajpijiet fuq tul ta’ madwar 4.8 kilometru.

Il-gnien originali kien fuq area ta’ madwar 5,000 metru kwadru, filwaqt li l-gnien il-gdid hu mifrux fuq area ta’ madwar 8,000 metru kwadru. Il-proġett tal-ġnien flimkien max-xogħol fuq il-promenade ta’ Qui-si-Sana sar b’investiment ta’ €2 miljun. Dan l-investiment mhux biss se jitgawda mis-Slimizi u dawk il-maltin li jzuru din iz-zona imma se jkompli jgholli l-prodott ta’ pajjizna f’din iz-zona turistika.

No comments: