Apr 6, 2011

Ghal standards aktar gholja

Qed nikteb din in-nota waqt li qed nattendi l-ewwel Assemblea Generali ital-IRENA, International Renewable Energy Agency, gewwa Abu Dhabi fl-Emirati Gharab Uniti, fejn se jkun stabbilit anke s-Segretarjat Permanenti ta’ din l-agenzija internazzjonali. F'din il-laqgha gie maghzul ukoll id-Direttur Generali, il-Kenjan Adnan Amin. Il-bierah filghodu kellna laqgha nformali tal-Ministri biex niddiskutu l-prioritajiet li ghandha tindirizza din l-agenzija nternazzjonali f’dinja fejn kwazi kwart tal-popolazzjoni fid-dinja lanqas ghanda access ghall-elettriku u fejn ir-rizorsi mhumiex ilahhqu mat-talba tal-konsum tal-energija u ghalhekk l-prezz taz-zejt qed ikompli joghla b’mod allarmanti. Fost il-punti diskussi kien hemm il-htiega li IRENA tistabbilixxi standards mhux biss ghall-apparat teknologiku imma anke ghall-installazzjoni ta’ dawn it-teknologiji. Dan il-punt fakkarni fil-hidma taghna f’pajjizna.


L-effettivita’ jew l-efficjenza ta’ apparat li jiġġenera enerġija nadifa tiddependi ħafna fuq installazzjoni korretta. Ħafna jinsew li x-xiri ta’ apparat bħal dan jinvolvi katina ta’ prattiċi korretti li jinkludi wkoll l-installazzjoni. Ħadt gost għalhekk ninnota li l-Istitut għall-Enerġija Sostenibbli tal-Universita` ta` Malta flimkien mal-Fakulta` tal-Inġinerija se jiftaħ tlett korsijiet differenti bil-għan li jħarreġ installaturi, inġiniera u periti dwar installazzjoni tajba tas-solar water heaters u ta’ sistemi ta’ pannelli fotovoltajċi.



Il-korsijiet huma approvati mill-Awtorita` ta’ Malta għar-Riżorsi (MRA). Il-kandidati li se jtemmu dawn il-korsijiet b’suċċess se jkunu jistgħu japplikaw għal ċertifikazzjoni ta’ installaturi mill-MRA. Din is-sistema ġdida ta’ ċertifikazzjoni se tkun konformi mar-regolamenti tad-Direttiva tal-Enerġija Sostenibbli tal-Unjoni Ewropea, li tisħaq li l-Istati Membri kollha għandu jkollhom skema taċ-ċertifikazzjoni tal-installaturi jew skemi ekwivalenti ta’ ċertifikazzjoni għas-sistemi tal-enerġija sostenibbli sa’ Diċembru 2012.



Għan ieħor prinċipali ta’ dawn il-korsijiet huwa li jipprovdi informazzjoni essenzjali għad-disinjaturi, bennejja u inġiniera, sabiex ikunu jistgħu jippjanaw bil-quddiem għall-installazzjoni ta’ sistemi solari f’binjiet ġodda jew dawk li jkunu qed jigu rinnovati. Napprezza li l-Universtia’ tifhem dan ir-rwol importanti li hi trid taqdi u nawgura li dawn il-korsijiet ikollhom is-suċċess mixtieq.

1 comment:

Blogger said...

There is a chance you're qualified for a new solar rebate program.
Click here and discover if you are eligble now!