Jumejn ilu rrizenja mill-hajja politika l-Vici Kancillier, Ministru tal-Finanzi u Kap tal-Partit Popolari OVP tal-Awstrija, Josef Proell. Telaq mill-hajja politika minhabba kumplikazzjonijiet f’sahhtu meta ghad ghandu biss 42 sena. Ix-xahar li ghadda ddahhal l-isptar b’urgenza u sabu li kellu blood clot fil-pulmun. Ghall-ewwel hasbu li jista jirpilja izda mbaghad sabu li jehtieg inaqqas sew l-attivita’ mpenjattiva tieghu jekk ma jridx ikollu kumplikazzjonijiet ohra.Ahbar verament kerha. Politiku fl-aqwa tieghu jkollu jaghzel li jirrinunzja ghall-hajja politika.
Din l-ahbar geghlitni nirrifletti. Hafna drabi l-folla ftit tifhem id-diffikultajiet li jghaddi minnhom il-politiku fil-hajja tieghu. Sakemm tkun fil-politika ssir kwazi “propjeta’ pubblika” bi ftit hin u spazzju privat ghalih innifsu jew mal-familja. Xi whud jinsew li l-politici huma nies tad-demm u l-laham li hafna drabi ghandhom familja. Hafna politici jaghmlu sagrificcji kbar biex jghaqdu d-dmirijiet li jinghataw responsabilita’ jgorru jew biex ikunu vicin il-kostitwenti taghhom u jaraw li dawn jiehdu s-servizzi li jkun jixirqilhom.
Dawn kienu l-hsbijiet li ghaddew
No comments:
Post a Comment