Jul 2, 2011

L-akbar riforma trid tigi minna stess

Qeghdin lejliet bidla ohra radikali f’pajjizna, dik tat-trasport pubbliku. Kienu bosta fl-imghoddi li ppruvaw jaghmlu bidla simili izda fallew jew bdew izda ma marrux triq twila. Irrid nghid li jidher car li l-kumpanija Arriva qed taghmel hilitha biex taghmel din ir-riforma s-success li nixtiequ li tkun. Ovvjament xi problemi bilfors ikun hemm meta tintroduci bidla kbira bhal din, imma m’ghandix dubju li dawn jissolvew ukoll hekk kif is-sistema tibda toqghod.

Ir-riforma tat-transport pubbliku ghandha taffetwatna lkoll ghall-ahjar ghax ghandha tghinna nnaqqsu t-tniggiz tal-arja, kongestjoni fit-traffiku u l-kontribuzzjoni taghna ghal gassijiet serra. Tqassmu l-brochures u tnehdew kampanji ta’ informazzjoni fuq il-media. Izda mhux bizzejjed jaslu l-karozzi l-godda u n-networks u rotot godda u jsiru l-kampanji ta’ informazzjoni, hemm bzonn ta’ bidla fil-mentalita u fl-attitudni taghna bhala poplu.

Nafu li l-investiment fil-karozzi tal-linja l-godda huwa kbir. Fil fatt dawn ingabu b’mudell ta' Euro 5 halli jhammgu lanqas. Biss nafu wkoll li l-problema tal-gassijiet serra, specjalment tal-carbon dioxide mit-trasport f'Malta huwa sostanzjali. Fil-fatt naghmlu kemm naghmlu nvesitment fl-impjanti tal-iskart u fl-immodernizzar tal-agrikultura f’Malta halli nnaqsu l-impatt tal-methane gas, l-impatt tat-trasport fuq il-gassijiet serra jibqa wiehed kbir hafna.

Jekk nezaminaw ftit il-gurnata taghna ta' kuljum ghal gimgha shiha zgur naraw fejn nistghu nnaqsu mid-dipendenza taghna fuq il-karozza. Il-beneficji li niehdu billi nuzaw it-trasport pubbliku huma hafna. Qabel xejn innaqqsu t-tniggiz u jkollna cans nassorbu iktar x'hemm madwarna ghax ma jkollnix mohhna fis-sewqan. Barra hekk nehilsu mill-inkwiet zejjed li trid toqghod iddur biex tara fejn tiparkja bil-frustrazzjoni kollha li din iggib maghha.

Il-Gvern ha inizjattivi ohra biex jitnaqqsu l-gassijiet serra fit-transport: gie ntrodott l-uzu tal-biofuels f 'pajjizna, fil-fatt sal-ahhar ta’ din is-sena l-Enemalta se tkun haltet iktar minn miljun litru ta’ biodiesel fid-diesel li jinbiegh mill-pompi tal-fuel. Introducejna wkoll it-teleworking li waslet biex numru sostanzjali ta’ haddiema llum qed jahdmu mid-dar minflok ma jivjaggaw ghax-xoghol. Dawn kollha jghinu biex intaffu l-impatt tal gassijiet serra minn trasport biss l-ikbar differenza trid tigi minna lkoll billi nibdew nuzaw ferm aktar it-trasport pubbliku.

No comments: