Feb 25, 2013

Lil min se tafda ?

Iz-zmien ma jistenna lil hadd u l-jum tal-ghazla qed joqrob. Ghazla li tiddetermina kif int u dawk li int thobb u tghozz se tkunu ggvernati ghal hames snin li gejjin. Hawn minn jghid x’fiha jekk tiehu cans, jekk tipprova lil haddiehor ?  Izda int  taf li dan mhux il-mod kif int stess tirraguna quddiem ghazliet importanti f’hajtek.  Jekk it-tabib jghidlek li ghandhekk bzonn ta’ operazzjoni, int x’taghmel?

Zgur li l-ewwel haga li taghmel int, kif tabilhaqq jaghmel kulhadd, hu li tistaqsi liema hu l-kirurgu li ghandu l-akbar reputazzjoni ta’ success fl-operazzjonijiet li jaghmel.  Zgur li quddiem ghazla hekk iebsa, int mhux se tafda hajtek f’idejn xi hadd li ma ghandu ebda esperjenza ta’ xejn ghajr tal-kliem fierah. U bir-ragun, ghax hemm hajtek fin-nofs.  Wisq anqas ma nahseb li tkun mohhok mistrieh jekk dan il-kirurgu ta’ bla esperjenza jghidlek li ghandu mieghi assistenti  anzjani ta’ esperjenza, izda li int issir taf, jew tiftakar, li meta dawn kienu joperaw, ghamlu zball wara l-iehor b’detriment tal-pazjent li kien fdat f’idejhom.

Joseph Muscat hekk qed jghidlek – hu cans mieghi ghax jien immexxi movement li jigbor fih dawk kollha li tul is-snin twal ta’ hakma Socjalista mill-1971-1987 u bejn l-1996-1998 mhux biss wettqu zbalji enormi fit-tmexxija  tal-pajjiz u fgaw kull sens ta’ inizzjattiva tal-privat, izda ikkultivaw sens ta’ ggvernar li nissel u rawwem il-firda.

Il-Parit Nazzjonalista dejjem emmen li Malta taghna lkoll u ghalhekk kull meta kien fil-Gvern dejjem fetah il-bieb ta’ l-opportunita’ ghal kulhadd – hu x’inhu it-twemmin politiku mhaddan, huma x’inhuma il-konvinzjonijiet personali ta’ dak li jkun.  Dan narawh fil-hajja ta’ kuljum, fl-eluf kbar li gawdew mic-cans ta’ edukazzjoni gholja, minn dawk li fethu negozzju ghar-rashom, minn dawk li sabu impieg mal-privat jew mal Gvern.

No comments: