Feb 6, 2014

Mamma Margherita


Il-gimgha l-ohra gejt mistieden ghaz-zjara li l-President tar-Repubblika, Dr.George Abela, ghamel fid-dar fid-Dar Mamma Margherita li s-Salesjani, taht it-tmexxija ta' Fr.Savio Vella, qed jaghmlu gewwa Tas-Sliema biex tilqa fiha zghazagh vulnerabbli. Kont impressjonat bix-xoghol li sar. Niftakar sew l-istat hazin li fih kien dan il-bini qabel ma l-Gvern precedenti ghaddih lis-Salesjani madwar sentejn ilu., grazzi anke ghas-sehem li kien ta Dr.Jason Azzopardi.  Niftakar li kien kellimni Fr.Savio fuq l-idea li kellu li jaghmel dar ohra mad-Dar Osanna Pia li s-Salezjani ghandhom f’Tas-Sliema, liema dar ghanda numru ta’ kmamar tas-sodda imma b’facilitajiet komuni, bhal kcina u living area, ghar-residenti taghha. 

L-idea tieghu kienet li jaghmel numru ta’ flatlets zghar li jaghtu l-opportunita’ lil zghazagh vulnerabli fis-socjeta’, bhal zghazagh li jkunu sfaw imkeccija mid-dar mill-genituri taghhom jew zghazagh li jkunu hargu mill-facilita’ korrettiva u ma jkollhomx fejn joqghodu.   Kien indikali din id-darli kienet propjeta’ tal-Joint Office, liema dar kienet ilha snin twal mitluqa u kellha hsarat kbar.  Talabni nara jekk il-Gvern ikunx dispost jaghtiha lis-Salezjani halli jaghmlu dan il-progett bi skop socjali.  Niftakar li konna sibna aktar minn bieb miftuh.  Jason Azzopardi mill-ewwel kien laqa t-talba u sar it-trasferiment fi ftit zmien.

Id-dar illum ma tintarafx minn kif kienet.  Saret estensjoni fuq wara tal-binja li kien hemm u sar restawr totali tal-parti li kien hemm qabel.  Sa llum tlestew diga zewg units mghammra bl-ghamara u l-facilitajiet kollha bazici li wiehed jistenna fil-hajja ta’ llum.  Xejn lussuz imma dak mehtieg.  Imma b’disinn attraenti.  Ix-xoghol sar bil-fondi migbura mill-hafna helpers tas-Salesjani kif ukoll bl-ghajnuna moghtija mill-inizzjattiva L-Istrina tal-President tar-Repubblika u anke l-Fondazzjoni Voices.

Iz-zjara habtet proprju fil-festa ta’ Don Bosco, il-fundatur tal-Ordni tas-Salesjani.  Ma setghux jaghtuh rigal isbah fil-festa tieghu.  U intghazel l-isem ta’ omm Don Bosco, Mamma Margherita, li kienet ta’ appogg kbir ghal Don Bosco, specjalment fil-bidu tal-hidma tieghu, meta kien ghad kellu resistenza kbira ghall-inizjattivi tieghu fost it-tfal ta’ Turin fil-bidu tas-seklu dsatax, meta zgur ma kenux jezistu struttura tal-istat biex jasistu lil dawk fil-bzonn.  Il-Knisja Kattolika kienet strumentali biex ipprovdiet infrastruttura socjali jew ta’ solidarjeta’ f’kull qasam fl-ahhar mitejn sena, izda ghadha wkoll effettiva anke llum biex tiprovdi assistenza f’oqsma li sa llum l-istat ghadu ma pprovdiex l-infrastruttura socjali tieghu. 

Minn qalbi rrid grazzi u prosit lil Fr.Savio Vella u l-assistenti tieghu ta’ din l-inizzjattiva.  Ghalhekk jekk int tista tghin nappellalek tikkuntatja lil Fr.Savio fuq 79427091 jew uza l-Kont Bankarju HSBC High Street Sliema, Mamma Margherita 006 208946 050. 

No comments: