Jan 11, 2008

Aktar trasparenza u efficjenza

Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-MEPA, nediet is-sistema ta’ l-e-Application. Din is-sistema hija aċċessibli mill-website http://www.mepa.gov.mt/ u tippermetti lill-pubbliku jara dettalji ta’ l-applikazzjonijiet, jissottometti u jħallas l-applikazzjonijiet online kif ukoll jibagħt u jirċievi korrispondenza f’forma diġitali.

Għalkemm din is-sistema bdiet tintuża bi prova biss ftit xhur ilu, diġa irceviet rikonoxximent sinifikanti kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment.

Minbarra li ser tnaqqas l-ammont ta’ karti li jintużaw fl-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet u żżid l-effiċjenza ta’ l-Awtorità, għalija l-veru sabiħ ta’ din is-sistema state of the art hija li fin-natura tagħha, din qed tkompli tiffacilita l-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid tad-deċiżjonijiet mill-Awtorità.

Fuq kollox se taghmel hajjet il-periti hafna aktar facli biex jissottomettu applikazzjonijiet u jikkorrispondu mal-MEPA. Fil-fatt, il-periti kolha reġistrati mal-MEPA ser ikollhom aċċess għad-dettallji ta’ kull applikazzjoni, mhux biss dawk li jisottomettu huma.

Dan huwa pass iehor biex naghmlu lill-MEPA ukoll aktar trasparenti. Xi hadd dan l-ahhar qalli li l-MEPA thallas prezz gholi ghat-trasparenza taghha ghax tesponi aktar innifisha ghal kritika. Ir-risposta tieghi kienet: Iva ghax hekk irridu. Irridu li lill-pubbliku niffacilitawlu l-harsa tieghu fuq l-operat tal-MEPA.

No comments: