Jan 20, 2008

Baqar aktar kuntenti !

Il-bierah zort wiehed mill-farms tal-baqar li ghandna f'pajjizna vicin il-Qrendi. Is-sidien tar-razzett, Pawlu u ibnu Karmenu li ghandu 27 sena, huma fost dawk li hadu ghajnuna halli jkunu jistghu jtejjbu l-infrastruttura tar-razzett taghhom biex jigi up to EU Standards.

L-aktar haga li laqtitni hija li bit-titjib li sar, mhux biss tjiebet il-kwalita' tal-halib li jaghtu l-baqar izda zdiedet anke il-kwantita' tal-halib, tant li l-volum zdied b'56% u bl-istess ammont ta' baqar. Dan juri li anke l-baqar, bhan-nies, aktar ma tatihom kundizzjonijiet tajba, aktar jiproducu ! Rajt ritratti ta' kif kien ir-razzett qabel. Il-baqar kienu jistriehu fuq art iebsa, id-demel kien jithalla jakkumula aktar tahthom, ma kellhomx saqaf fuq rashom u allura kien jaqilghu xeba xemx, u l-ghalf ma kienx protett.

Issa l-baqar jistriehu fuq saqqu litteralment merfugh mill-art, ghandhom sistema mekkanika li tigbor id-demel, ghandhom saqaf fuq rashom u l-ghalf taghhom huwa totalment nadif u sustanzjuz. Barra hekk jinhelbu go milk parlour modern, totalment igeniku u awtomatiku. Tinzamm data elettronika ta' kull baqra meta tinhaleb biex ikun hemm tracibility kompleta. Id-data tiehu hsiebha l-mara ta' Karmenu, omm zaghzugha.

Ir-rahhala matul l-ahhar 3 snin se jkunu hadu mal-4 Miljun Euro. Din l-ghajnuna waslet biex illum ghandna: 1. livell ghola ta' animal welfare, 2. sistemi ahjar ta' waste management halli jonqos bil-kbir l-impatt fuq l-ambjent, 3. il-hajja tar-rahhal saret aktar facli ghalkemm xorta ghadu xoghol iebes u 4. il-konsumatur qed igawdi halib ta' kwalita' ahjar.

1 comment:

Unknown said...

Impressjonanti. L-aktar ghax kieku ma dhalniex fl-EU, la kien ser ikun hemm animal welfare ahjar u wisq inqas titjib fil-prodott!