Jan 15, 2008

Intolleranza anti-demokratika u anti-kulturali

Illejla il-Papa Benedetto XVI habbar li mhux se jattendi il-ftuh tal-Universita' La Sapienza ta' Ruma nhar il-Hamis li gej. Il-Papa jidher li ha din id-decizzjoni wara l-kontestazzjoni harxa li ghamlu grupp ta' studenti u anke ghalliema li ma riedux li l-Papa jattendi l-ftuh tas-sena skolastika. Din il-protesta ilha tinhema mit-22 ta' Novembru meta grupp ta' "professuri lajci" kitbu ittra miftuha fejn ipprotestaw kontra l-presenza tal-Papa fl-Universita'.

Il-protesta hadet forma aktar qawwija llum meta grupp ta' studenti u "professuri" okkupaw l-ufficcji tar-Rettur tal-Universita', li stieden lill-Papa biex izur l-Universita' u jaghmel diskors lill-ghalliema u l-istudenti.

Fl-opinjoni tieghi din il-protesta hija tebgha qawwija ghat-tolleranza li suppost turi d-dinja lajka. Filwaqt li nemmen li kulhadd ghandu dritt jesprimi ruhu kif ikoss, nemmen bil-qawwa li dan huwa att gravi li juri biss intolleranza anti-demokratika u anti-kulturali. Naqbel bis-shih ma' dak li qal ir-Rettur tal-Universita' meta qal li "il-laqgha mal-Papa setghet tirraprezenta mument importanti ta' riflessjoni, kemm ghal dawk li jemmnu kif ukoll ghal dawk li ma jemmnux f'Alla, fuq problemi etici u civili".

Ghandhom ragun hafna mill-politici kemm tal-lemin u tax-xellug li urew l-ghadab taghhom ghal dan l-attegjament intolleranti.

Il-Prim Ministru Prodi «din hija klima li ma taghmilx unur lit-tradizzjoni ta' civilta u tolleranza tal-Italja». Il-leader tal-Partit Demokratiku, Walter Veltroni qal «attegjament bhal dan jaghmel hsara lid-demokrazija u l-liberta'». Berlusconi qal «dan huwa fanatizmu li ma ghandux rabta mat-tradizzjoni lajka».

L-uniku zewg politici li iddistingwew ruhhom mill-kor ta' politici li esprimew kondanna kontra din l-intolleranza kienu s'issa il-mexxej Radikali, Marco Pannella, u s-Senatur tal-Partit tal-Hodor, Giampaolo Silvestri, li esprima solidarjeta' mal-lecturers li hassew li kienet zbaljata l-istedina tar-Rettur.

2 comments:

Aldo said...

Nixtieq nistaqsi min mindu saret intolleranti u anti-demokratika li tipprotesta, George? Kien il-Papa li, fl-ahhar min l-ahhar, ghamel id-decizjoni li ma jikkonfrontax l-opposizzjoni ghall-kliem u l-attitudni tieghu.

Huwa il-lupu li jghajjat "censura" meta hu espert ta kif jghamel pressjoni (mhux dejjem demokratika) biex certu films u produzzjonijiet teatrali (dawn huma Kultura) jigu ipprojbiti.

John said...

Skuzani Aldo...

Il-protesta ma kinitx dwar il-prezenza tal-Papa fl-Universita, izda sahansitra kontra l-istedina mir-rettur lill-Papa! Jigifieri dawn kienu sahansitra kontra l-kuncett li Papa jesprimi ruhu f'post li, wara kollox, huwa pubbliku.

Jekk atteggjament bhal dan mhux censura diretta, mela x'inhu?

U ta min jiftakar li anke l-mexxejja tax-xellug lajk Taljani tkelmu unanimament kontra l-protesti.