Jan 6, 2008

Fl-ahhar tax-xahar jibda jahdem l-impjant ta' Sant'Antnin

Il-bierah filghodu il-Prim Ministru u jien zorna x-xoghlijiet li qed isiru fl-Impjant ta' Reciklagg f’Sant Antnin. L-ewwel parti ta' dan l-impjant, il-Mechanical Recycling Facility, li tkompli tissepara l-materjali li jingabru mis-Siti ghas-Separazzjoni tal-Iskart (Bring In Sites) se tibda tahdem sal-ahhar ta' dan ix-xahar.

L-Immodernizzar ta’ l-impjant f’Sant Antnin qed isir b’investiment ta’ €27 miljun. 70% huma fondi ta’ l-Unjoni Ewropea filwaqt li t-30% l-oħra ser jinħarġu mill-Gvern Malti.

Huwa ta' sodisfazzjon ghalija li ninzel f'dak l-impjant u nara x-xoghol ghaddej b'ritmu mghaggel wara l-konfrontazzjoni kollha li kelli niffacja fuq dan l-impjant. Ma ninsewx li d-deputat tal-Parlament Ewropew, Joe Muscat, kien qal li hu se jifriza l-fondi tal-U.E. u l-mexxej tal-Alternattiva Demokratika kien qal "dan l-impjant ma jinbeniex". L-interpretazzjoni tal-Kummisjoni Ewropeja - li l-proċess ta’ l-applikazzjoni tal-proġett ta’ Sant Antnin kien wieħed validu turi biċ-ċar kemm kienu żbaljati dawk li pruvaw ifixxklu l-proċess.

Kellu ragun il-Prim Ministru jghid il-bierah "il-bżonnijiet li għandna illum biex nimmanġġjaw aħjar l-iskart jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet għaqlin li kien ħa l-Gvern biex ittejjeb l-effiċjenza f’dan l-Impjant.”

Fid-dawl ta’ dan l-iżvilupp f’ Sant Antnin, għaddejjin taħdidiet mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-Korpi Kostitwiti kollha sabiex titnhieda skema li taħseb sabiex jinġabar skart riċiklabbli minn wara l-bieb li għandha tikkumplimenta l-bring in sites .

1 comment:

John said...

U ghal darb'ohra, min ried jaghmel il-bsaten fir-roti baqa' f'wiccu...