Aug 10, 2008

Prosit Blues !

Il-bierah filghaxija mort nara l-loghba waterpolo Sliema vs Neptunes flimkien mat-tifla. Irbahna kontra r-rivali eterni bl-score ta' 12-10, biex b'hekk issa r-rebh tal-kampjonat, wara 4 snin, jidher aktar vicin.

Kienet loghba kombattuta ghalkemm is-Sliema dejjem kienu minn fuq. B'mod generali kienu kkoncentrati, ghalkemm kien hemm mumenti specjalment fit-tielet sessjoni fejn tilfu l-koncentrazzjoni u qalghu goals li setghu facilment gew evitati.


Laghab loghba eccezzjonali l-goaler tas-Sliema, Josie Cachia li salva diversi shots. Laghab ukoll loghba tajba l-Ungeriz Rajmund Fodor. Ghogobni fil-mumenti li kien uzat, iz-zaghzugh Daniel Paolella, t-tifel ta' Peter, l-ex player u coach tas-Sliema.

Biex inkun onest meta jilghabu Sliema kontra Neptunes ghadni nkun ecitat. Ir-rivalita' bejn il-hbieb hija qawwija. Hekk kif spiccat il-loghba bghatt xi erba' smss lil xi hbieb li s-soltu jibghatuli xi botti ! Issa d-daqqa tieghi. Prosit Blues !

3 comments:

tony psaila said...

Grazzi George l-appogg tieghek huwa dejjem apprezzatt. Niltaq fuq ic-chalet ghall-festa

Unknown said...

L SMSs bil-Botti hallihom ghal iktar tard Onor - qajjimtni dalghodu :-(

Unknown said...

Grande George, Sliema support minn dejjem!