Dec 14, 2008

Christmas Village

F'dawn il-granet il-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali ghat-tieni sena qed jorganizza l-Christmas Village gewwa l-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali. L-idea tal-Christmas Village kienet harget biha l-mara tieghi, Lourdes is-sena l-ohra. Izda ghamluha realta l-grupp ta' zghazagh li ghandi fis-segretarjat tieghi u l-haddiema tal-PARK Unit. Bdejna nhar il-Gimgha wara nofsinhar ghax sfortunatament il-Gimgha filghodu kien il-maltemp. Dakinhar kellhom jattendu mal-1,400 tifel u tifla tal-iskola !

Jien mort il-bierah wara nofsinhar kif wasalt lura Malta. Kien hemm bahar ta' nies ta' kull eta'. Il-Park Nazzjonali gie mghammar b'tizjien mill-isbah tal-Milied u l-attivita' ma taqta xejn. Din is-sena hemm id-doppju stalls tas-sena l-ohra. Ma jonqosx l-ikel bhal dak tradizzjonali tal-Milied bhal l-imbuljuta, mince pies u l-qaghaq tal-ghasel. Il-bierah stall li jbiegh il-German sausages spicca biegh kollox sas-7.00pm u qalilna li kien gab zalzett id-doppju tas-sena l-ohra ! Hemm ukoll stall b'artisti lokali fosthom wiehed li jaghmel il-pasturi u iehor li jaghmel il-gugarelli tal-injam fuq il-post.

Tiehu gost tara t-tfal jigru minn post ghall-iehor f'ambjent sabih u bla periklu. L-aktar popolari mat-tfal jidher li huwa l-presepju kbir bil-pasturi u l-annimali hajjin. It-tfal joghxew jaraw l-annimali hajjin. Nizlet tajba ukoll l-inizjattiva tal-MaltaPost li qed jaghmlu bolol personalizzati tal-Milied. L-attivitajiet jibqghu sejrin sa l-10.00pm ta' lejla. Isma minni ejja s'hemm. S'issa t-temp habbna !

No comments: