Feb 10, 2009

Id-dritt ghall-hajja

Il-bierah inqatlet Eluana Englaro ta' 38 sena f'Udine fl-Italja. Eluana kienet ilha f'coma sa mill-1992 meta kienet involuta f'incident tat-traffiku. Effettivament ma nistax nghid li mietet imma li nqatlet, ghax minn nhar il-Gimgha li ghadda ddecidew li jnehhulha il-pajpijiet li kienu jaghtuha l-ikel. Il-mewt taghha thabret hekk kif is-Senat Taljan kien qed jiddiskuti ligi b'urgenza biex igeghlu lit-tobba jkomplu jitimghuha.Niddejjak li nikteb fuq suggett sensittiv bhal dan.

Difficli hafna tiggudika lil missierha li ilu sa mill-1999 jiggieled fil-Qrati biex ihallu lil bintu tmut minflok ma tibqa tghix fi stat vegitattiv. Min jaf kif ittiekel hu stess minn gewwa jara lil bintu f'dak l-istat. Imma nistaqsi : Huwa gust li l-Istat, f'dan il-kaz il-Qorti ghax kienet hi li ddecidiet, thalli persuna tithalla tmut bil-guh ? Wiehed irid jifhem li dan mhux kaz ta' persuna b'ventilator u allura hekk kif titfighulha tmut, imma thalliet tmut bil-mod bil-guh.


Laqatni l-kumment tal-spokesman tal-Vatikan, Patri Federico Lombardi "Issa li Eluana qeghda fil-paci nittamaw li l-istorja taghha, wara tant diskussjoni, tispingi lil kulhadd biex ifittex l-ahjar toroq biex nakkumpanjaw b'imhabba, b'kura u b'rispett lejn id-dritt ghall-hajja, lil dawk l-aktar debboli".

Forsi din l-istorja ggibna konxji ta' fatt iehor importanti: kemm kellna diskussjoni fuq din il-persuna li thalliet tmut bil-guh, imma kemm ahna indifferenti ghal dawk l-eluf li jmutu kuljum ukoll bil-guh probabilment lanqas fuq sodda imma fi triq. Id-dritt ghall-hajja irrid nahdmu ghalih dejjem u kullimkien.

No comments: