Feb 6, 2009

Ghall-erwieh !

Min jistenna, jithenna. Hekk nistħajjel li qed jgħidu r-residenti li joqogħdu fi Triq Sliema, l-Kappara kif ukoll il-mijiet, jekk mhux eluf, ta’ sewwieqa li ta’ kuljum juzaw din it-triq hekk kif f’dawn il-ġranet qed isir xogħol biex din it-triq tkun irranġata.

Bħala deputat li nikkontesta l-elezzjoni ġenerali f’dik il-kostitwenza, kienu jasluli diversi ilmenti dwar l-istat ħazin tat-triq, liema stat kompla jitgħarraq bil-loading tat-trakkijiet matul iz-zmien li kien qed jinbena l-Mater Dei u t-triq kompliet tiddeterjora sew bix-xita qalila li kellna fil-ġimgħat li għaddew. Infatti, dan l-aħħar ergajt gbidt l-attenzjoni fuq dan lill-Ministru responsabbli, Austin Gatt. Irrid nirringrazzja lil Austin tal-azzjoni li ha hekk kif l-ADT inghatat ir-rizorsi finanzjarji biex tagixxi. Irrid ngħid li mhux dejjem huwa faċli li twettaq xogħol fi triq bħalma hi dik u trid element qawwi ta’ ko-ordinazzjoni u ppjanar.

Pero issa x-xogħol inbeda u ninsab ċert li ġaladarba titlesta kulħadd għandu jkun sodisfatt. Apparti x-xogħol fit-triq, ħaddiema mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet li jaqa’ taħt ir-responsabbilta’ tiegħi se jibdew ukoll xogħlijiet ta’ biex tinbidel parti sostanzjali tal-bankina kollha tat-triq biex il-proġett ikun wieħed sħiħ, kif jixraq għal triq prominenti kif inhi Triq Tas-Sliema.

No comments: