Feb 23, 2009

Quddiesa relevanti

Il-bierah filghaxija mort nisma l-quddies tas-7.00pm fil-Knisja Parrokjali ta' Haz-Zebbug. Veru hadt gost. Quddiesa differenti minn Fr.Daniel Cardona. Animata mill-bidu sal-ahhar. Bi projection screen fuq l-artal fejn tara l-hin kollu slide feature li jinkludi grafika sabiha bil-kliem tal-qari u tat-talb progettat fuq il-grafika.

Kien hemm knisja ppakkjata b'udjenza mhallta, minn anzjani sa zghazagh. Kumbinazzjoni l-bierah inqrat il-Pastorali tar-Randan. U f'parti mill-Pastorali l-Arcisqof jghid li laqtu l-fatt li matul l-ahhar gimghat ltaqa ma' qassisin li qed jaghmlu hilithom biex jaghmlu l-quddiesa aktar interessanti. Kien punt importanti ghax onestament nemmen li hemm bzonn sforzi akbar biex il-quddiesa tal-Hadd, specjalment l-Omelija, ssir aktar relevanti u nteressanti.

Dan ifakkarni fi storja ricenti li grat f'Ruma. Wiehed mill-Isqfijiet godda, baghat numru ta' zghazagh u persuni ohrajn biex jisimghu l-omeliji f'diversi knejjes fid-djocesi tieghu halli jaghmlu audit tal-kwalita' ta' dak li jintqal u kif jintqal. Wara gabar lill-qassisin u urihom x'qalu dawn il-persuni. Semghu it-tajjeb u l-hazin, li hafna drabi ftit jghidulhom. Jekk l-omelija hija rrelevanti u tkun bla sens, sempliciment jibdew jonqsu n-nies li jigu.

Ikun tajjeb li d-Djocesijiet ta' Malta u Ghawdex forsi jaghmlu esercizzju simili halli l-quddies ghallanqas tal-Hadd isir interessanti daqs il-quddiesa li smajt il-bierah jew il-quddiesa li smajt il-Hadd ta' qabel ta' Fr.Charles Tabone fil-Knisja tan-Nazzarenu f'Tas-Sliema.

1 comment:

Daniel said...

l-ewwel nett f'isem it-team kollu li jiehu hsieb dik il-quddiesa nixtieq nirringrazzjak tal- kummenti tiegħek...kummenti inkoragganti hafna. Minn naħa tagħna qed nagħmlu ħilitna biex il-quddies tkun relevanti kemm hu possibli pero mhux dejjem facli minhabba l-udejnza mhalta.

is-suggeriment tieghek ta dak li ghamel isqof f'Ruma ta min iwasslu lil Arcisqof taghna ukoll...