Mar 13, 2009

B'Ghaqal Nsahhu l-Gejjieni

Il-bierah filghaxija attendejt il-laqgha li organizza l-PN ghall-attivisti tieghu fejn il-PM ta harsa lejn l-ewwel sena ta' hidma mir-rebh tal-elezzjoni 'l hawn. Ha l-opportunita’ biex janalizza dak li twettaq u anke jħejji l-bazi għal ħidma futura. Spjega sensiela sħiħa ta’ kisbiet u zviluppi li seħħew fl-aħħar 12-il xahar. Bizzejjed wiehed jghid li fl-ahhar sena l-Gvern nieda 20 proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-liġi tal-kera, it-tibdil fil-klima, l-immanigjar tal-iskart, il-Kunsilli Lokali, Għawdex, il-MEPA, it-trasport, il-ġustizzja u l-edukazzjoni.

Minkejja l-krizi finanzjarja internazzjonali li qatt ma rajna bħalha, f’sena nħolqu 7,000 impjieg ġdid. Zieda ta' mpjiegi li sehhet fis-settur privat u filwaqt li komplejna naraw tnaqqis ta’ impjiegi fis-settur pubbliku. Kellna ukoll investiment dirett barrani ta' madwar €420 miljun.

Jien u nisma lill-Prim Ministru bdejt nehwden x’seta’ kien x-xenarju kieku fis-snin li għaddew ma dħalniex fl-Unjoni Ewropea, kieku ma sseħibniex fl-Ewro daqs sena ilu. Ghandu ragun il-PM jistenna li l-PL jaghmel dikjarazzjoni pubblika fejn jammetti li l-ghazliet li kien ghamel dan il-partit kienu zbaljati. Jidher bhala fatt storiku li kull meta pajjizna jkun fi crossroads importanti, il-PL dejjem ghazel it-triq il-hazina.
Il-kisbiet ta’ din is-sena huma pass ieħor fit-twettiq tal-programm tal-Gvern. Fix-xhur li għaddew għamilna wkoll zbalji, pero ċert li meta l-poplu jagħzel, lest japprezza li l-pajjiz kompla jirriforma ruħu u jħejji għall-isfidi li ġejjin. Il-PN jibqa l-partit li jhares lejn illum u ghada b'kuragg u b'ghaqal.

No comments: