Mar 20, 2009

Il-hajja, l-imhabba u t-tama tal-bniedem

Slumdog Millionaire hija l-istorja ta’ Jamal Malik, orfni ta’ 18-il sena mis-slums tal-belt ta' Mumbai fl-Indja. Bil-pajjiz kollu b’ghajnejh fuqu, Jamal qieghed ftit mumenti qabel ma jwiegeb l-ahhar mistoqsija fil-quiz televiziv "Who Wants To Be A Millionaire?" u jekk jaqtaghha jirbah xejn anqas minn 20 Miljun Rupees (€300,000).

Imma lejliet l-ahhar puntata, Jamal jigi arrestat mill-pulizija fuq suspett ta’ qerq. Kif jista jkun zaghzugh mis-slums jaf daqshekk ? Jamal determinat li jiprova li hu nnocenti, jibda biex jirrakonta l-istorja tieghu u ta’ huh Salim, u l-esperjenzi taghhom li laqqghuhom ma’ faqar, guh, abbuz, qtil u l-hbiberija tieghu ma’ Latika li serqitlu qalbu. Kull kapitlu jizvela l-istorja li ghenitu jsib it-twegibiet ghal mistoqsijiet tal-quiz televiziv, li hafna drabi dehru mpossibli li Jamal kien kapaci jwegibhom.

Dan il-film li huwa spluzzjoni ta’ fatti krudili, energija umana u determinazzjoni kontra l-abbuz. Fl-istess hin huwa film li jiccelebra l-hajja, l-imhabba u t-tama tal-bniedem. Mhux ta’ b’xejn li dan il-film rebah 8 Oscars ! Jien rajtu l-bierah ma’ Lourdes. Naghtikom il-parir li tarawh intkom ukoll.

No comments: