Mar 2, 2009

Zewg attivitajiet posittivi

Il-bierah attendejt għal żewġ attivitajiet varji. Bdejt billi żort dak li kien qiegħed jiġri ġewwa l-Ahrax tal-Mellieħa. Hawnekk grupp imdaqqas ta' nies kienu għaddejjin inadfu, jirrestawraw il-kampanja u jħawwlu s-siġar. Din l-attivita' kienet mtella’ mill-Għaqda Konservazzjonisti Nassaba u Kaċċatturi tal-Mellieħa bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.

Laqatni ħafna l-fatt li l-membri ta’ din l-għaqda mhux biss irrestawraw u bnew numru sostanzjali ta’ metri ta’ ħitan tas-sejjiegħ, anke bl-ghajnuna ta' nies mill-PARK Unit mill-Ministeru tieghi, iżda rrestawraw ukoll girna tradizzjonali. Li tara girna fl-ambjent naturali żgur li tpaxxi l-għajn ta’ kulħadd. Thawlu ukoll minnhom mal-100 siġra ġentilmet mogħtija mill-kumpanija Timberland.

It-taħwil ta' siġar kien għaddej ukoll ġewwa l-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali waqt attivita mtella’ mill-Malta Girl Guides. L-għan ta’ din l-attivita’ kien li jippromwovu – a healthy living. F’din l-attivita’ għal familja kollha kien hemm attrazzjonijiet varji kollha bil-għan li dak li jkun jitgħallem dejjem aktar kif jgħix ħajja b’saħħitta. Dan il-messaġġ il-Girl Guides wassluħ f’dan il-jum permezz ta' varjeta ta' taħdidiet, logħob kreattiv u stands interessanti. Żgur li din l-attivita mhux biss niżlet tajjeb mat-tfal iżda wkoll ma' kull min attenda.

No comments: