Mar 22, 2009

Tmiem ta' Presidenza

Il-bierah filghaxija kelli l-privilegg nattendi flimkien ma' marti għal ċena fil-Berġa ta' Kastilja fi tmiem it-terminu ta' Eddie Fenech Adami bħala President. Kienet okkazzjoni helwa, specjalment waqt id-diskorsi. Laqatni l-fatt li l-President Fenech Adami deher kommoss f'din l-okkazzjoni li apparti li timmarka t-tmiem tal-presidenza tieghu timmarka ukoll tmiem ta' 50 sena ta' servizz lil pajjizna.

Il-PM fid-diskors tieghu qal li l-Presidenza ta' Fenech Adami kienet karatterizzata mill-valur tas-solidarjeta', tal-familja u tal-kristjaneżmu li hu marbut mal-identita' tal-poplu Malti kollu. Qal ukoll li l-Presidenza ta' Fenech Adami sehhet ukoll mas-sħubija u l-ewwel snin ta' Malta bħala membru tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mal-bidla fil-munita bid-dħul tal-ewro.

Id-Deputat Laburista, Charles Mangion qal li Eddie Fenech Adami elava l-istatura tal-Presidenza biex kabbar l-għaqda fil-pajjiż. Hu qal li għalkemm il-politiċi ġieli jkollhom opinjonijiet u kuntrast ta' ideat, huma għandhom biss l-għan li jmexxu lil pajjiż 'l quddiem.

Kien ghalhekk jistona ghal kollox l-artiklu li deher illum f'wiehed mill-gurnali lokali tal-kandidat Laburista ghall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Joe Cuschieri, li ipprova jirredikola lil President Fenech Adami u skandalizza ruhu bit-"tberbiq ta' flus" tal-President Fenech Adami f'safar "inutli" ghax ma ssaraf f'xejn ghall-pajjiz. Sfortunatament certi nies ma jitghallmu qatt !

No comments: