Mar 8, 2009

Kids Eco Summit

Il-bierah ħadt qattejt bosta sieghat mat-tfal li hadu sehem fl-ewwel Kids Eco Summit li organizza l-Ministeru flimkien mal-organizzaturi tal-Programm Eko-Skola. Riedna nuzaw din l-opportunita' biex nisimghu minghand it-tfal dak li jahsbu huma fuq iz-zewg strategiji dik tat-Tibdil fil-Klima u l-ohra dwar l-Immanigjar tal-Iskart li bhalissa qeghdin ghal konsultazzjoni pubblika.

Ikolli nghid li kemm jien kif ukoll il-Prim Ministru, li gie jitkellem mat-tfal waqt li kienu ghaddejjin il-workshops, l-veru mpressjonajna ruhna bl-entuzjazmu u l-ideat tat-tfal. Jgħiduhielek kif iħossuha, u mingħajr ħafna tidwir mal-lewża! Hafna minnhom tkellmu b'sahha favur l-EkoKontribuzzjoni fuq basktijiet tal-plastic anzi ssuggerew li naghmlu wahda ukoll fuq boroz tal-karti ! Meta staqsejt ghaliex qaluli: Ghax anke jekk ma jaghmlux hsara lill-ambjent iziedu l-ammont ta' skart !

Nieħu gost ninnota kemm it-tfal tagħna saru konxji minn temi li sa’ ftit ilu bilkemm kienu jissemmew f’pajjiżna. Ta’ dan ħaqqhom prosit għaqdiet bħan-Nature Trust u individwi bħal Paul Pace li qed jagħmlu xogħol imprezzabbli permezz tal-EkoSkola.

Tieħu gost tisma’ tfal jagħmlulek argument imżewwaq bi proposti konkreti ta’ x’għandu jsir! Spiss nitkellmu dwar il-ġenerazzjonijiet futuri – il-bierah ħadt gost nara lil dawn il-ġenerazzjonijiet jiddiskutu huma stess il-futur tagħhom. Ħadd daqshom m’għandu interess li jaċċerta li dan ikun futur mill-aqwa! Is-sena d-diehla naghmlu Kids-Eko-Summit iehor zgur.

2 comments:

Jacqueline Vanhear said...

Jiena kelli l-opportunita' li niehu sehem f'dan l-eco summit flimkien ma' xi uhud mit-tfal ta' l-iskola fejn nghallem. Bhala edukatura hadt gost ninnota u nirrifletti kif permezz ta' attivitajiet bhal dawn, it-tfal mhux biss tghallmu aktar dwar issues ambjentali imma ukoll tghallmu hiliet ohra bhal nghidu ahna, kif jesprimu dak li jahsbu, kif jahdmu fi gruppi, kif jittiehdu d-decizjonijiet ecc. L-iktar haga li laqtitni kien il-fatt li meta t-tfal isibu ruhhom f'ambjent fejn ihossuhom komdi u mhux taht pressjoni, johorgu b'ideat tal-genn. Dan hareg car waqt il-prezentazzjonijiet li kienu mimlijin b'ideat originali ghall-ahhar!! Nixtieq insemmi li t-tfal riedu johorgu bi prezentazzjoni taghhom, din kienet kollha maghmula minnhom u r-rizultat kien wiehed pozittiv hafna. Il-messaggi li hargu kien fihom hafna x'wiehed joghmod u kif qalu dawk kollha li kienu prezenti, kienu messaggi siewja ferm u li jaghmlu hafna sens.

Dawn l-attivitajiet huma ezatt x'jehtieg biex inkomplu nrawmu kultura u mentalita ta' atitudni responsabbli lejn l-ambjent. It-tfal kollha li ppartecipaw hadu din il-gurnata b'serjeta' liema bhala u b'interess kbir.

Jiena zgur li kull min ippartecipa mhux se jinsa dak li tghallem u esperjenza waqt din l-attivita'. Din il-gurnata kienet mqassma tajba hafna peress li t-tfal u dawk kollha prezenti kellhom mhux biss taghrif siewi imma wkoll cans biex jirriflettu u jiddiskutu dwar dak li semghu u jwasslu l-ideat taghhom.

Nixtieq nghid prosit kemm lill-Ministru li hareg u ssapportja din l-inizjattiva, kemm lin-nies tal-ministeru li hadmu bla waqfien biex din il-gurnata tkun ta' success, kemm lin-Nature Trust li dejjem kienet minn ta' quddiem biex teduka u fl-ahhar u mhux l-inqas lill-programm EkoSkola li bl-idea li t-tfal jiehdu r-riegni f'idejhom qed isahhah u jkompli jrawwem lic-cittadini tal-futur biex jghixu stil ta' hajja sostenibbli.

Naghmel kuragg lil Ministru u lill-gvern biex ikompli jissapportja u jniehdi attivitajiet bhal dawn.

Karen Vella Pace (ekogħalliema) said...

Jiena wkoll edukatriċi u kordinatriċi tal-Ekoskola ġewwa l-iskola Primarja Birżebbuġa A - Kulleġġ San Benedittu.

Għalkemm ta' età żgħira ħafna t-tfal tagħna kapaċi wkoll joħorġu bi proposti li jagħmlu ħafna sens, kif semmejt inti. Proġetti bħal EkoSkola u Dinja Waħda, jissapportjaw lilna l-għalliema biex inrawmu iżjed kuxjenza fit-tfal dwar il-ħsara li tista' ssir lill-ambjent u biex jikbru f'soċjetà iżjed responsabbli!

Jekk jogħġbok tagħti daqqa t'għajn lill-blogg tagħna napprezzaw ħafna

http://ekobirzebbuga.blogspot.com/