Mar 5, 2009

Gawhra ta' Preti

Dalghodu attendejt ghall-iffirmar ta' ftehim bejn il-Bank of Valletta u Dun Gino Gauci, li huwa l-kustodju tal-Knisja ta' Sta.Katerina ta' Lixandra sabiex isir ir-restawr ta' din il-Knisja prominenti fil-Belt, biswiet il-Berga ta' Kastilja. Fil-fatt wara li fl-2001 nbeda r-restawr tal-parti ta' barra ta' din il-knisja barokka, liema restawr kien sar bl-ghajnuna finanzjarja tal-Protokoll Taljan, issa se jinbeda r-restawr tal-koppla u l-pittura li din ghandha.

Il-koppla, li hija maqsuma fi tmien segmenti, hija mpittra b'xeni mill-hajja ta' Sta.Katerina, liema tpingija hi frott idejn Mattia Preti. Waqt li kont qed nitkellem dalghodu ghidt li fl-opinjoni tieghi wasal il-mument li ghandna nikkonsidraw li fil-Belt Valletta jkollna monument xieraq kemm lil Mattia Preti kif ukoll iehor ghall-GranMastru La Vallette.

Ghal dan ix-xoghol ta' restawr qed jikkontribwixxi ukoll il-Valletta Rehabilition Committee li mhux biss se jirrestawra l-lanterna tal-koppla u tas-sagristija izda pprovda l-scaffolding mehtieg ghar-restawr tal-koppla kollha.

Naprezza l-fatt li l-BOV bhala parti mill-corporate social responsability tieghu minkejja l-perjodu difficli li ghaddejjin minnu. Apprezzajt il-fatt ukoll li r-restawratur Taljan stieden lill-media u lill-istudenti jzuru x-xoghol halli anke huma jifhmu ahjar l-esperjenza ta' dan ix-xoghol ta' restawr li aktar ma jghaddi z-zmien qed isir dejjem aktar wiehed xjentifiku. Jalla dan ix-xoghol kollu jwassal sabiex tinqata' x-xewqa ta' Dun Gino li jara din il-knisja terga tinghata l-libsa li jixirqilha ! Nittamaw li naqtughulu xewqtu fi zmien sentejn ohra !

No comments: