Jul 25, 2010

Progett iehor ghan-naha t'isfel ta' Malta

Ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ li jinsabu għaddejjin fuq il-promenade ta’ Marsaxlokk qeghdin fi stadju avvanzat hafna, fil-fatt hu kkalkulat li x-xoghol mistenni jitlesta gimghatejn qabel dak previst. Il-promenade mistenni jkun kompletament miftuħ għall-pubbliku fil-ġranet li ġejjin. Dawn ix-xoghlijiet jikkumplimenta dawk li tlestew is-sena l-oħra fuq l-ewwel fażi tal-proġett tal-promenade fejn tkabbret u sar pavimentar ġdid lill-bankina ta’ ma' n-naħa tal-bini.

Din it-tieni fażi tal-proġett tal-promenade nbdiet f’Mejju ta’ din is-sena meta nqalghet it-triq kollha, saret sistema gdida ta' drenagg u giet iffurmata t-triq mill-gdid. Ix-xogħol ta’ tisbiħ fuq il-promenade, li fih man-nofs kilometru tul, nbeda fit-18 ta’ Ġunju. Il-pavimentar sar bil-porfido u kubetti tal-granit u bhalissa qed ikun nstallat dawl dekorattiv u bankijiet tul ix-xatt. Id-dawl dekorattiv jixbah hafna lill-lampa tradizzjonali li juzaw is-sajjieda. Hadna hsieb li filwaqt li naghtu access komdu lil dawk kollha li jmorru jimxu tul ix-xatt, minn naha l-ohra ma ntellfux lis-sajjieda fil-hidma taghhom f'dan ir-rahal tipiku tas-sajd.

Aktar tard din is-sena mbaghad nibdew imbaghad it-tielet fażi ta’ dan il-proġett li se tkun tinkludi pavimentar fl-inħawi tal-pjazza tal-Knisja kif ukoll iz-zona tax-xatt quddiem il-Knisja. F'din iz-zona qed se naghmlu ukoll skultura bhala tislima ghal hidma tas-sajjied malti kif ukoll niprovdi posti ghal bejgh tal-hut aktar igenici ghall-bejjiegha tal-hut.

Dan il-proġett li qed issir b’investiment ta’ €2 miljun, twettaq b’konsultazzjonijiet mal-partijiet kollha ikkonċernati fosthom il-Kunsill Lokali, il-bejjiegħa tal-monti, il-GRTU li tirrappreżenta mas-sidien tal-ħwienet u mas-sajjieda. Ma kienx facli tiprova tikkontenta l-aspettattivi differenti ta' dawn il-gruppi li xi kultant huma kontra xulxin. Dan l-investiment juri biċ-ċar kemm hi qarrieqa l-kritika li nircievu li l-PN "in-naha t'isfel ta' Malta ma jezistiex". Il-Gvern qieghed b’mod konkret jinvesti fin-naħa ta’ isfel ta’ pajjiżna u b’hekk ukoll itejjeb il-potenzjal turistiku ta’ din iż-żona.

No comments: