Jul 22, 2010

Igawdi l-ambjent u jgawdi l-but !

Il-bierah ħabbarna skema ta’ feed-in-tariff ta’ 25c, biex ninċentivaw dejjem aktar ix-xiri ta’ sistemi ta’ enerġija nadifa mix-xemx. Qatt daqs illum ma hi worth-it biex wieħed jagħmel pass favur l-ambjent u butu billi jinvesti f’panelli fotovoltajiċi. Fi ftit kliem feed-in-tariff huwa l-hlas li tithallas għal kull unit ta’ enerġija li titfa gewwa l-grid nazzjonali permezz tal-panelli fototovoltajiċi.

Ħafna kienu jaħsbu li l-investiment kapitali li wieħed jagħmel meta jixtri sistema bħal din, kienu se jdumu ħafna biex jirkuprawħ. Bir-rata ta’ feed-in-tariff li ntroducejna u bl-ghajnuna tal-iskema ghax-xiri tal-pannelli, issa tirkupra l-ispejjez ghal pannelli ghad-dar tieghek fi żmien ta’ 8 snin biss ! U dak kollu li tibqa tbiegh wara dak iz-zmien ikun kollu qliegh ! U jekk int Ghawdxi tirkupra n-nefqa f’ 7 snin ghax ghal Ghawdxin qed niddiskriminaw b’mod posittiv billi qed naghtu rata ta’ 28c fl-ispirtu tal-progett Eko-Gozo.

Ħsibna wkoll biex ħwienet, ristoranti, lukandi, ufficcji u industrija wkoll jigwadanjaw minn feed- in- tariff li tagħtihom 20c għal kull unit t’energija nadifa ġġenerat mix-xemx. Dawk li llum għandhom PV nstallata u qegħdin b’sistema ta’ net metering, igifieri jpartu mal-units li jikkunsmaw, se jkollom għażla li jaqilbu għas-sistema tal-feed-in tariff.

Din hija azzjoni konkreta ohra li turi r-rieda tagħna li verament pajjiżna jkompli jagħmel din il-qabża fil-kwalita’ tal-ħajja fejn b’inċentivi bħal dawn inkomlu niġġeneraw enerġija nadifa li tfisser livell ta’ saħħa aħjar u arja nadifa. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel lil Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi fuq in-numru 22955151 waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju.

No comments: