Dec 16, 2010

Going electric

Il-bierah f’Lisbona ffirmajt ftehim ta’ kollaborazzjoni mal-Portugall fil-qasam tal-mobilita’ elettrika sabiex fix-xhur li gejjin nibdew naraw zviluppi li jwasslu ghall-introduzzjoni ta’ vetturi elettrici moderni fis-suq taghna. Fost affarijiet ohra ghandna naraw il-bidu tal-implimentazzjoni ta’ network ta’ charging points ghall-vetturi elettrici f’pajjizna.

Bhala rizultat tal-impenn tal-Gvern Portugiz, l-kumpanija Renault-Nissan ddecidiet li tuza minn tal-ewwel lil Portugal ghat-tnehdija tal-electric cars li behsieba tohrog fl-2011. Dalghodu kelli l-opportunita’ nsuq jien ukoll din il-karozza fit-toroq ta’ Lisbona. Hallietni tassew impressjonat. Ghandha drive verament smooth u verament spazjuza. Meta kont qed insuq waqaft ukoll hdejn wiehed mis-sensiela ta’ charging points li hemm fit-toroq ta’ Lisbona u ccargjajt il-karozza.

Is-sena d-diehla u s-sena ta’ wara hu mistenni li fuq is-suq internazzjonali jkun hawn ferm aktar vetturi elettrici simili fid-daqs u l-ghamla tal-vetturi konvenzjonali. Dan grazzi ghall-investimenti enormi li qeghdin jaghmlu l-manifatturi l-kbar tal-karozzi madwar id-dinja. Kumpaniji kbar bhal Renault/Nissan, Vauxhall, Mitsubishi, Chrysler/FIAT diga habbru li lejn l-ahhar ta’ din is-sena jew matul is-sena d-diehla se jpoggu fuq is-swieq internazzjonali numru kbir ta' electric cars godda.

Tajjeb infakkru li 16% tal-emissjonijiet kollha li nsibu f’pajjizna huma kkawzati mill-karozzi. Hu rikonoxxut li l-karozzi elettrici ma jiproducux exhaust u jikkontribwixxu biss terz tal-carbon dioxide tal-karozzi konvenzjonali.

Waqt laqgha bilaterali li kelli ma’ Carlos Zorrinho is-Segretarju tal-Istat Portugiz ghall-Energija u l-Innovazzjoni stajt ukoll nikkonferma u nara b’ghajnejja l-importanza tal-uzu ikbar ta’ generazzjoni ta’ energija minn sorsi alternattivi. Il-Portugall tipproduci madwar 45% tal-energija totali taghha minn dawn is-sorsi nodfa u ghandha t-target li sal-2020 tipproduci sa 60% minn dawn is-sorsi. Ovvjament ghandhom vantaggi fizici li ahna ma ghandniex.

No comments: