Dec 14, 2010

Tama gdida f'Cancun

Wasalt lura mill-laqgha dwar it-Tibdil fil-Klima tan-Nazzjonijiet Uniti f'Cancun nhar is-Sibt. Ghallanqas imxejna bicca ‘l quddiem mis-sena l-ohra f’Copenhagen. Ghallanqas din id-darba d-diskussjonijiet saru fi spirtu miftuh specjalment fl-ahhar grabet. Kien hemm arja ta’ kompromess aktar milli arja ta’ konfrontazzjoni kif kellna sena ilu. Dan wassal biex ghallanqas finalment nispiccaw b’pakkett bilancjat ta’ decizzjonijiet posittivi. Din il-konferenza qed titqies bhala vot ta’ fiducja fis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, li sena ilu hafna, inkluz jien, kellna dubji serji kemm tista twassal ghal xi rizultati.

Fil-verita ma wasalniex fejn xtaqna naslu, imma ghallanqas wasalna fuq statements u impenji cari. Ghall-ewwel darba kien hemm qbil li kemm il-pajjizi zviluppati kif ukoll dawk li qed jizviluppaw iridu jikkontribwixxu halli jonqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Kien hemm ukoll qbil fuq numru ta’ inizjattivi li se jwasslu ghal istituzzjonijiet godda: il-Cancun Adaptation Framework , l-Adaptation Committee, il-Green Climate Fund u t-Technology Mechanism.

Ma jfissirx li l-laqgha ta’ Cancun ma ddizzappuntatx. Sfortunatament bqajna minghajr binding targets ghat-tieni perjodu ta’ impenn ghal Protocol ta’ Kyoto ghall-pajjizi zviluppati. Irridu nispjegaw li pajjizi bhal Gappun kienu kontra li jikkommettu lilhom infushom jekk l-Istati Uniti u c-Cina jibqghu ma jikkommettux ruhhom ghal tnaqqis fl-emmissjonijiet huma wkoll. Lanqas ma kien hemm qbil fuq azzjoni f’setturi specifici bhal dak agrikolu, marittimu u avvjazzjoni. Ahna dejjem sostnejna li mhux gust li l-piz jintefa biss fuq vapuri registrati f’certi pajjizi, imma ghandu jkun hemm equal playing field. Imma ghallanqas il-laqgha f’Cancun tat tama gdida. Kien hemm qbil li jehtieg inkomplu nahdmu halli forsi fl-laqgha tas-sena d-diehla fl-Afrika t’Isfel naslu ghal ftehim li jkun comprehensive legally-binding.

No comments: