Dec 7, 2010

Kontribuzzjoni ghal anqas imwiet

Wasalt f’Cancun, il-Messiku il-bierah bil-lejl ghal Konferenza ohra fuq it-Tibdil fil-Klima. Sena wara l-Konferenza dizappuntatanti ta’ Copenhagen. Imma f’dik il-konferenza ghallanqas il-pajjizi zviluppati kienu rabtu lilhom infushom li jiprovdu b’finanzjament addizjonali, msejjah “fast-track”, halli nghinu lil dawn il-pajjizi jirrispondu ahjar ghat-Tibdil fil-Klima. Ovvjament ahna rbatna lilna nfusna li nikkontribwixxu €800,000 ghal tlett snin. Ghalhekk kif wasalt Cancun dalghodu stess ikkontribwejna b’€125,000 lill-Global Alliance for Clean Cookstoves, inizzjattiva tal-Fondazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.

Il-Global Alliance for Clean Cookstoves hija public-private initiative, li l-ghan huwa li jghin familji foqra jibdlu l-istufi (cookstoves) antiki u perikoluzi b’ohrajn moderni u nodfa. Ta’ min jgħid illi stufi tradizzjonali u nirien fil-miftuħ huma l-ghodda principali ghat-tisjir għal kważi tlett elef miljun persuna fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Id-dħaħen minn dawn il-mezzi jwasslu għall-mewt ta’ madwar 1.9 persuna fis-sena f’eta’ zghira. In-nisa u t-tfal huma l-aktar milquta. Dawn jikkawzaw ukoll firxa ta’ mard kroniku fuq miljuni ohra. Tfal u nisa jgħaddu numru ta’ sigħat fil-gimgħa jiġbru l-injam għall-istufi u nirien, ġieli b’periklu kbir għal ħajjithom. Barra minn hekk dawn l-istufi jew spiritieri inefficjenti jikkontribwixxu għat-tibdil fil-klima billi jemettu hafna carbon dioxide.

L-użu ta’ fran u karburanti nodfa jistghu għalhekk inaqqsu b'mod drammatiku ukoll il-konsum ta’ fuel li jikkaguna danni fuq is-sahha tal-persuni li jkunu jridu juzawhom. Il-Global Alliance for Clean Cookstoves qed taħdem sabiex 100 miljun djar f’pajjiżi li qed jiżviluppaw ikollhom stufi nodfa u effiċjenti sas-sena 2020. Malta, permezz tal-kontribuzzjoni tagħha, ngħaqdet ma’ pajjiżi oħra, kumpaniji u organizazzjonijiet internazzjonali sabiex jgħinu l-Alliance ssalva l-ħajja tan-nies f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, ittejjeb ħajjithom, tghin lin-nisa jiddedikaw aktar hin mal-familja u tiġġieled l-bidla fil-klima.

B’din l-inizjattiva ghallanqas se naslu biex nitraducu d-diskors sabih ghall-ghajnuna lil pajjizi foqra b’mod prattiku. Jien u Tonio Borg ridna li nkunu certi li dawn il-flus tal-poplu Malti jintuzaw b’mod tajjeb u b’mod effettiv. Definittivament dan huwa ezempju tajjeb li se jhalli effett posittiv konkret.

No comments: