Feb 24, 2011

Progett iehor b'fondi ewropej

F'dawn il-granet kellnal-applikazzjoni sabiex nirrestawraw is-salini approvat mill-MEPA . Sit li fl-opinjoni tieghi joffri potenzjal immens bhala attrazzjoni turistika fl-ghatba taz-zona turistika ta’ Bugibba/San Pawl. Bdejna bix-xoghol sentejn ilu billi naddafna l-kanal tas-Salini magħruf bħala s-sukkursu mill-hama li ngabret fih wara snin twal ta’ telqa kompleta. Ergajna ħlolqna iċ-ċirkolazzjoni tal-ilma baħar madwar is-salini. Mill-kanal kien inġabar xejn inqas minn 10,000 tunnelata ta’ materjal minn madwar 900 metru ta' kanal. Permezz tat-tindif tal-kanal irnexxielna fuq kollox neqirdu r-riħa xejn pjaċevoli li kienet tinxtamm f’dawn l-inħawi minhabba l-hama li kien hemm.

Issa se nibdew ix-xoghol biex nirrestawraw is-salini nfushom li forsi ftit jafu li effettivament qeghdin fuq gzira li nbniet mill-Kavallieri, b’area ta’ madwar 18,000 mtr. kwadru. Ix-xoghol ser jikkonsisti fir-restawr u r-rijabilitazzjoni tas-salini kif ukoll ir-restawr tal-huts li kienu jintużaw biex jiġi proċessat u mahzun il-melħ. Dawn il-huts li kienu nbnew fi zmien l-Inglizi, matul is-snin tmermru u gew “imsewwija” b’materjali li xejn ma jaqblu mad-disinn u materjali originali. Permezz ta’ dan il-progett issa l-huts se jergghu jinbnew skond id-disinn originali sabiex wahda minnhom isservi ta’ visitors centre. F’dan il-visitors centre wiehed se jkun jista jifhem ahjar il-process ta’ kif isir il-melh permezz ta’ esebiti u video presentation. Jigi ukoll spejgat kif isir il-fleur de sel li huwa tip ta' melh ta' l-ghola kwalita'. Fil-visitors centre se jkollna wkoll cafeteria zghira.

Permezz ta’ fondi ewropej ta’ madwar 7 Miljun Euro, se nirrestawraw ukoll ix-Ximenes Redoubt li kienet inbniet mill-Gran Mastru Ximenes fl-1715. Fil-fatt tajjeb wiehed jghid li qabel kien hemm Redoubt ohra fuq in-naha l-ohra tal-bajja, izda din kienet giet imhotta. Ir-Redoubt li se jigi restawrat se jservi bhala Interpretation Centre taz-zona kollha. B’hekk wiehed se jkun jista japrezza l-valur storiku u ekologika taz-zona kollha. Tajjeb nghidu li se tigi rrestawrata anke l-marshland li hija santwarju mportanti ghall-ghasafar f’pajjizna.

Nemmen li b’dan il-progett se nkomplu naghmlu minn din iz-zona dejjem aktar park ta' mistrieh ghal Maltin, kif diga jaghtu xhieda l-mijjiet li johonqu s-Salini Park li llum jokkupa spazju sitt darbiet akbar minn dak li kien Kennedy Grove. Fuq kollox permezz tal-progett se nkomplu ntejjbu l-prodott turistiku ta' pajjizna.

No comments: